IMNEDIJA SKEMA BIEX AKTAR FAMILJI JIBBENEFIKAW MINN GĦOTJA BIEX JINSTALLAW PANELLI FOTOVOLTAJIĊI
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino ħabbar skema ġdida li permezz tagħha mat-8,400 familja se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għotja li toffri 50% tal-kapital sa massimu ta’ €2,500 biex jinstallaw sistema ta’ panelli fotovoltajiċi.
Flimkien ma’ din l-għotja l-Gvern qed jintrabat li jagħti feed-in-tariff ta’ 0.22c grantita għal 6 snin. Bi spiża ta’ panelli li jlaħħqu l-€5,000 hu kkalkulat li familja kapaċi tiġġenera mat-3,000 unit ta’ elettriku. B’dan ix-xenarju, il-payback għal kull familja se jkun 5 snin u nofs.
Għal din l-iskema l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali applika għall-fondi tal-Unjoni Ewropea b’ammont li jlaħħaq l-€21 miljun. L-applikazzjoni tinsab fl-aħħar stadju tagħha u hekk kif l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi tirċievi l-Grant Letter mingħand mingħand l-Awtorità tat-Tmexxija tal-fondi, tibda tilqa’ l-applikazzjonijiet mill-aħħar ta’ Marzu. Il-Fondi Ewropej għal din l-iskema se jingħataw taħt Priority Axis 4, Tibdil fil-Klima u Effiċjenza tar-Riżorsi.
Issa li tħabbar li fi ftit ġranet oħra se tiftaħ l-iskema, sew il-familji kif ukoll il-fornituri ta’ din it-teknologija jistgħu jibdew jagħmlu l-preparamenti meħtieġa. Huwa importanti li l-arranġamenti bejn il-bejjiegħ u x-xerrej ma jsirux qabel tinħareġ l-applikazzjoni mill-MRA (Malta Resources Authority) ħalli kulħadd ikun jaf sew il-kriterji għal benifiċjarji x’inhuma.
Il-Ministru Pullicino qal li fl-aħħar snin €15 – il miljun ġew investiti biex aktar minn 6,000 familja ngħataw għajnuna biex jinvestu f’sistema ta’ panelli fotovoltajiċi. B’din l-iskema issa mat-8,400 familja oħra se jkunu jistgħu jibbeneifkaw min għotja vantaġjuża u se jingħataw bejniethom mal-€21 miljun, li fir-realtà peress li dan ikopri nofs l-ispiża, l-investiment sħiħ se jkun €42 miljun fl-ekonomija tal-pajjiż.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en