Left arrow Mur Lura

IFFIRMAT L-EWWEL FTEHIM KOLLETTIV BEJN IL-ĦADDIEMA TAL-AWTORITÀ GĦALL-KOMPETIZZJONI U L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U L-GENERAL WORKERS UNION

pr0360
Date Icon 06/03/2013

F’ċerimonja qasira li saret kmieni wara nofsinhar fil-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur sar l-iffirmar tal-ftehim kollettiv bejn iż-żewg partijiet tal-MCCAA U l-GWU. Iċ-ċerimonja kienet preseduta mill-Ministru Jason Azzopardi. Iffirmaw dan il-ftehim, is-Sur Francis Farrugia, Chairman tal-Awtorita għall-Kompetizzjoni Ġusta u l-Affarijiet tal-Konsumatur u s-Sur Cory Greenland, Segretarju tas-sezzjoni Professjonisti, Finanzi u Servizzi għall-GWU.

Il-Ministru Azzopardi spjega li wara madwar sena ta’ diskussjonijiet bejn il-management tal-MCCAA u l-Union, fl-aħħar se jiġi ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv li se jkun ikopri perjodu ta’ tlett snin. Il-ftehim jinkludi pagi aħjar kif ukoll sistemi iktar flessibli ta’ xogħol.

Il-Ministru spjega li d-diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat ma kienux faċli speċjalment meta wieħed iqis li din l-Awtorità li twaqqfet f’Mejju tal-2011, ġabet taħt saqaf wieħed dipartiment tal-Gvern bil-kundizjonijiet taċ-Ċivil. Tenna, iżda li bir-rieda tajba bejn iż-żewġ naħat, intlaħqu l-kompromessi meħtieġa biex jintlaħaq tali ftehim li tassew se jikkonsolida r-relazzonijiet bejn iż-żewġ partijiet.

Il-ftehim fost l-oħrajn jaħseb sabiex uffiċjali professjonali u dawk tekniċi jingħataw allowance biex ikomplu jiżvilupaw il-professjoni tagħħom. Ftehim ieħor importanti jiffoka fuq il-ħinijiet tax- xogħol li jistgħu jiġu aġġustati sabiex fis-sajf, il-ħaddiema  jkunu jistgħu jaħdmu bin-nofs ta’ nhari jekk huma jagħżlu hekk. Ser tiddaħħal ukoll sistema volontorja ta’ medical insurance kontributorja li se tkun imaniġġjata mil-Awtorità f’isem l-impjegati u din se tkun miftuħa għal membri kollha tal- familji tal-impjegati. Sejrin jitwaqqfu u diga twaqqfu wkoll numru ta’ kumitati biex flimkien mal-management jindirizzaw dawk l-oqsma fejn ikollom bżonn attenzjoni speċifika.

Ir-rappreżentanti taż-żewġ naħat tennew li b’dan il-ftehim ir-relazzjonijiet ta’ bejniethom se jitpoġġew fuq sisien sodi għal benefiċċju tal-impjegati ta’ din l-Awtorità.

Filwaqt li rringrazzja liż-żewġ partijiet għall-isforzi ġenwini li saru biex dan il ftehim jasal għal konklużjoni tiegħu, il-Ministru Azzopardi qal li jinsab ottimist li tali ftehim se jkun qed ikompli jkattar ir-relazzonijiet bejn iż-żewġ naħat li l-għan aħħari tagħhom hu li joffru l-aħjar kundizzjonijiet tax-xogħol lill-ħaddiema u li jarawhom jaħdmu f’ambjent għal qalbhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow