STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Parti mill-pakkett ta' fondi Ewropej għall-Malta miksub mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi ta’ 1.128 biljun Ewro jinkludi 63 miljun li ġew stmati proprju għall-pipeline tal-gass u t-tender għall-feasiblity study tal-gas pipeline bejn Malta u Sqallija diġà ġie ppubblikat f'Diċembru 2012. Dan jikkonferma li l-proposta tal-Partit Nazzjonalista għall-investiment f'pipeline tal-gass hija realistika u konkreta.
L-aċċettazzjoni min-naħa tal-Kunsill Ewropew tal-proġett tal-pipeline tal-gass fil-fondi indikati għall-pajjiżna jikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Unjoni Ewropea ta' dan l-istess proġett. Huwa proprju l-oġġettiv tal-Unjoni Ewropea li ssaħħaħ is-suq Ewropew tal-enerġija u telimina l-iżolament ta’ pajjiżi bħal Malta u Ċipru. Dan kien ikkonfermat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-2012.
It-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari li ngħatat mill-Kummissarju Oettinger b’ebda mod ma titfa’ dubju dwar dan. Il-PQ kienet tikkonċerna l-istat attwali tal-proġett - li għadu fil-fażi ta' studju - u dan dak hu li kkonferma l-istess Kummissarju.
Għall-kuntrarju, hija l-proposta tal-Partit Laburista, ta’ Power Station oħra li m’għandnix bżonn u terminal tal-gass qrib l-istess impjant u qrib ir-residenti, li m’hi indikata għall-ebda allokazzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea – u dan proprju għax tħalli l-pajjiżna iżolat mill-kontinent.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en