Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr0354
Date Icon 06/03/2013

ELEZZJONIJIET ĠENERALI  U TAL-KUNSILLI LOKALI  - MARZU 2013

Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li l-Ħamis, is-7 ta’ Marzu, 2013,  huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju Elettorali,  Evans Building,  Misraħ Sant’Jiermu, l-Belt, Valletta u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat Għawdex, għal votanti reġistrati f’Għawdex.   Il-ħinijiet nhar il-Ħamis ser ikunu mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sa nofsillejl.  Kull persuna li trid tiġbor id-dokument għandha tiġi personalment l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali biex tieħu d-dokument  mingħand il-Kummissjonarji Elettorali.   Dawn il-votanti għandhom iġibu magħhom il-Karta tal-Identita’.    L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop.   Iżda, għall-votanti tal-Unjoni Ewropea, li mhumiex Maltin,  għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali,   id-Dokument tar-Residenza jkun aċċettat.

Il-Kummissjoni Elettorali qed toffri lil dawk il-morda li ma jkunux jistgħu joħorgu mill-karozza privata li twassalhom sal-bieb tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali,  faċilitajiet apposta biex ikunu jistgħu jingħatalhom id-dokument mill-Kummissjonarju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow