AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET ĠENERALI U TAL-KUNSILLI LOKALI - MARZU 2013
Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li l-Ħamis, is-7 ta’ Marzu, 2013, huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, l-Belt, Valletta u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat Għawdex, għal votanti reġistrati f’Għawdex. Il-ħinijiet nhar il-Ħamis ser ikunu mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sa nofsillejl. Kull persuna li trid tiġbor id-dokument għandha tiġi personalment l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali biex tieħu d-dokument mingħand il-Kummissjonarji Elettorali. Dawn il-votanti għandhom iġibu magħhom il-Karta tal-Identita’. L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop. Iżda, għall-votanti tal-Unjoni Ewropea, li mhumiex Maltin, għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, id-Dokument tar-Residenza jkun aċċettat.
Il-Kummissjoni Elettorali qed toffri lil dawk il-morda li ma jkunux jistgħu joħorgu mill-karozza privata li twassalhom sal-bieb tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, faċilitajiet apposta biex ikunu jistgħu jingħatalhom id-dokument mill-Kummissjonarju.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en