AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET ĠENERALI U TAL-KUNSILLI LOKALI - MARZU 2013
Tqassim ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
Kif diġa’ tħabbar, il-Kummissjoni Elettorali qegħda tqassam id-dokumenti għall-votazzjoni li fadal mill-Uffiċċju tagħha l-Belt Valletta u, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, fir-Rabat, Għawdex.
Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex:
a. dawk il-votanti li ma jifilħux jimxu, jitwasslu b’karozza privata sal-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, il-Belt Valletta. Il-Kummissjoni Elettorali titlob li f’dawn il-każi, barra l-votant u x-xufier tal-karozza jkun hemm persuna oħra biex, wara li l-karozza twaqqaf viċin Evans Building, din il-persuna tkun tista’ tidħol bl-ID Card tal-votant u turi lilll-Kummissjonarji fejn tkun ipparkjata l-karozza bil-votant biex jingħatalu l-vot.
b. L-istess servizz jingħata lill-votanti f’Għawdex li ma jkunux jifilħu joħorġu mill-karozza privata ħdejn l-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat, Għawdex.
c. Fejn hemm każi ta’ votanti anzjani jew morda li ma jistgħux jitwasslu biex jiġbru
d-dokument, il-Kummissjonarji jagħmlu sforz biex iwassluhulom huma stess fid-djar. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Elettorali titlob li l-votanti nfushom jew xi qarib ta’ dawn il-votanti għandu jmur jew iċempel l-Uffiċċju Elettorali fuq 25583127/8 biex jagħti d-dettalji meħtieġa. Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex jagħmel użu ta’ dan is-servizz biss fejn hu assolutament meħtieġ.
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ukoll li kull min irid jiġbor id-dokument għall-votazzjoni jrid bilfors jiġbor id-dokument personalment u billi jippreżenta l-Karta tal-Identita’. Iżda, għall-votanti tal-Unjoni Ewropea, li mhumiex Maltin, għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, id-Dokument tar-Residenza jkun aċċettat.
Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en