Left arrow Mur Lura

GĦADDEJ IX-XOGĦOL FUQ IL-PROĠETT TA’ RIJABILITAZZJONI TAL-MAGĦTAB

pr0347
Date Icon 04/03/2013

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino illum żar ix-xogħlijiet li qed isiru fuq ir-rijabilitazzjoni tal-Magħtab issa li x-xogħol fuq l-ewwel fażi huwa lest kompletament.

Ix-xogħol fuq ir-rijabilitazzjoni tal-Magħtab qed isir fuq kobor ta’ madwar 280,000m2  b’investiment ta’ madwar €16-il miljun b’Ko-finanzjament mill-fond ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013.

Il-proġett jikkonsisti f’żewġ partijiet – l-ewwel fażi li kienet proġett pilota ta’ żona rappreżentattiva tas-sit,  u t-tieni fażi li tinkludi l-bqija tas-sit. L-ewwel fażi issa hija kompluta u t-tieni fażi għandha titlesta fl-2013.

Il-proġett tat-tieni fażi tar-rijabilitazzjoni tal-Magħtab tikkonsisti fil-:

• Formazzjoni u capping ta’ slopes

• Formazzjoni ta’ toroq

• Kostruzzjoni ta’ 2km ħitan tas-sejjieħ fl-ewwel fażi u 1.8km oħra fit-tieni fażi

• Kostruzzjoni ta’ 37 planting cells fl-ewwel fażi u aktar minn 200 oħra fit-tieni fażi

• Tħawwil ta’ siġar, pjanti indiġeni u veġetazzjoni oħra, fosthom 4,000 siġar kbar, 10,500 siġar żgħar kif ukoll 20,000 arbuxell

• Kostruzzjoni ta’ ġibjun kif ukoll kanal ta’ l-ilma (liema xogħolijiet għandhom jibdew dalwaqt). Fil-pjan oriġinali tal-proġett il-ġibjun kien maħsub li jkollu kapaċità ta’ 12,000 metru kubu, iżda issa tkabbar għal 19,000 metru kubu.

• Formazzjoni ta’ reed beds u silt ponds bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita. Fil-pjan oriġinali tal-proġett kien maħsub li jkun hemm tliet reed beds u silt pond waħda, iżda biex tiżdied il-kapaċità dan inbidel għal żewġ reed beds u żewġ silt ponds, li kollha jinsabu fiż-żona tal-ewwel fażi tal-proġett.

Din l-aħħar fażi tar-rijabilitazzjoni tal-Magħtab tkompli tibni fuq proġetti oħra li saru fil-miżbla tal-Magħtab bħal l-‘Aerial Emissions Project’ fejn kien installat impjant għat-trattament tal-gass (Regenerative Thermal Oxidiser) li permezz tiegħu l-gassijiet tal-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab qed jinġabru u jiġu trattati ġewwa chamber apposta qabel ma joħorġu fl-arja. Bħala parti mill-Aerial Emissions Project sar investiment ukoll f’impjant tar-Reverse Osmosis li permezz tiegħu l-WasteServ qed tiġġenera ilma nadif li jintuża għall-irrigazzjoni u kontroll ta’ trabijiet fi ħdan il-kumpless tal-Magħtab. Dan kollu wassal biex il-livell ta’ dijossina fl-arja tal-madwar naqas b’99%.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow