Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr0342
Date Icon 04/03/2013

ELEZZJONIJIET ĠENERALI  U TAL-KUNSILLI LOKALI - MARZU 2013


Trasport għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali s-Sibt  9 ta’ Marzu, 2013

Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar illi,   bil-għan biex tiffaċilita’ t-trasport tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali sabiex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fis-6.00 am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, id-9 ta’ Marzu, 2013,  b’arranġament  ma’ Transport Malta u Arriva Malta,  it-trasport  pubbliku ser jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f’dak il-jum.

Ir-rotot kollha  1, 2, 3, 12, 21, 22, 24, 31, 32, 33, 36, 38, 41, 42, 44, 45, 51, 52, 53, 54, 55, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 82, 83, 84, 85, 91, 92, 93, 94, 122 u X5,  ser jitilqu mill-outstations fil-5.00 am.     L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.30 am.   Għal dan it-trasport ma jintalabx ħlas sakemm il-persuna turi t-Tag tal-Identita’ maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.

Wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar,  wara l-10.00 pm,  l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jkollhom trasport provdut  (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta’ minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow