AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
pr0341
04/03/2013
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lill-Amministraturi tad-Djar tal-Anzjani u l-isptarijiet b’dan li ġej:
Id-dokument għall-votazzjoni huwa propjeta’ tal-persuna li hu maħruġ f’isimha u kull min ikun fil-pussess illeġittimu ta’ xi dokument għall-votazzjoni hu ħati ta’ reat.
Għalkemm ma għandha ssir ebda pressjoni fuq ir-residenti/pazjenti ta’ dawn id-Djar u Sptarijiet, l-Amministraturi għandhom jiżguraw li fil-jum tal-votazzjoni jkun hemm aċċess liberu kemm għar-residenti/pazjenti li jkunu sejrin jivvutaw kif ukoll għall-persuni awtorizzati li ser iwassaluhom sal-post tal-votazzjoni – jekk il-votanti nnifishom ikunu jridu hekk.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en