Left arrow Go Back

INAWGURAT L-ISTAZZJON GĦAR-RIĊERKA TAL-VITIKULTURA U L-ENOLOĠIJA FIL-BUSKETT

pr0338
Date Icon 02/03/2013

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino flimkien mal-Assistent Parlamentari Philip Mifsud inawgura l-istazzjon għar-riċerka tal-Vitikultura u l-Enoloġija fil-Buskett. Dan il-post għandu jservi biex aktar żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikunu dedikati għar-riċerka f’suġġett daqshekk interessanti, filwaqt li dan iċ-ċentru se jgħin biex iservi ta’ post ta’ kontrolli xjentifiċi, biex ikun assigurat li l-prodott li qed jasal għall-konsum tan-nies ikun konformi mal-liġijiet u  r-regolamenti.

Il-Ministru Pullicino fid-diskors tal-inawgurazzjoni rringrazzja lil kul min jaħdem f’dan is-settur b’mod partikolari lil bdiewa li mingħandhom jitkabbar l-għeneb għall-għasir. Hu qal li llum il-Ministeru għandu fi ħdanu fergħa tal-vitikultura u enoloġija mgħammra b’nies esperti u li kontinwament qegħda tissaħħaħ.

Issa b’dan l-investiment li qed ikun inawgurat illum hemm bżonn ta’ aktar għarfien fuq l-inbid lokali. Dan iċ-ċentru qiegħed isir b’investiment ta’ ’l fuq minn €500,000 b’kofinanzjament ta’ 85% mill-progrmm inter-reġjonali Pro Med Italia/Malta u fondi tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Pullicino temm jgħid li r-riċerka hi ċ-ċavetta tas-suċċess f’kull settur ta’ intrapriża. Il-biedja mhix eċċezzjoni, speċjalment meta titratta dwar settur daqshekk strateġiku għall-pajjiż, dak tal-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid. Il-Ministru Pullicino appella lill-konsumatur Malti u Għawdxi biex jemmen fil-prodott lokali.

L-Onor. Philip Mifsud qal li l-inbid fil-gżejjer Maltin għandu storja antika ħafna; mill-inqas 3000 sena, bl-ewwel stazzjon Malti sperimentali għas-settur tal-vitikultura u l-enoloġija twaqqaf fil-Buskett fil-bidu tas-snin sittin.

Huwa qal li bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ddaħħlu numru ta’ regolamenti ġodda f’dan is-settur, li fiċ-ċentru tagħhom għandhom l-interess tal-konsumatur u tal-bidwi. 

Dan wassal biex f’pajjiżna għandna sistema lokali ta’ kwalifikazzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalita D.O.K. u I.G.T. b’80 inbid D.O.K. magħmul f’pajjiżna. Bħala garanzija ta’ kwalità qed tintuża wkoll sistema ta’ banderols mal-fliexken tal-inbid biex il-konsumatur ikollu garanzija li l-inbid li qed jixtri hu lokali u ta’ kwalità. L-Onor Philip Mifsud temm billi rringrazzja lil kul min jaħdem f’dan is-settur u awgura li dan iċ-ċentru jkompli jkabbar l-għarfien dwar l-inbid filwaqt li jservi wkoll ta’ attrazzjoni biex it-turisti jkunu miftuħa iżjed għal prodott agrikolu Malti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow