Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI ŻGĦAR U L-KONSUMATUR

pr0334
Date Icon 01/03/2013

Wara li l-Ministru Jason Azzopardi, flimkien mal-ogħla uffiċjali tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern (TPG), t-Tnejn li għadda ltaqa’ ma’ wħud mill-persuni li għandhom residenza fuq l-art f’San Pawl il-Baħar li l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi għaddew għand il-Gvern wara l-Ftehim tal-1991 u liema art l-Gvern kellu obbligu legali jirreġistra mar-Reġistru tal-Artijiet f’ismu skont il-liġi, hu xieraq li jkunu magħrufa dawn l-iżviluppi:-

a) Kif kien imwiegħed, il-Gvern baqa’ dispost u kommess li jisma’ u li jevalwa t-talbiet tan-nies/residenti fiż-żoni effettwati.

b) Għalhekk matul din il-ġimgħa dawn ir-residenti ġew mistiedna jiltaqgħu mal-uffiċjali tal-TPG u jfornu lid-Dipartiment kull prova jew dokument li juri b’mod konklussiv u reali liema minn din il-medda ta’ art (li kienet ġiet ġreġistrata) ma kellhiex tkun hekk registrata sabiex il-Gvern jirtira r-reġistrazzjoni li kien għamel.

c) Matul din il-ġimgħa saru laqgħat, anke llum stess, fejn ġew preżentati minn uħud mir-residenti kuntratti ta’ akkwist li jmorru lura għal qabel l-1951, u cjoe iktar minn 40 sena qabel ma ġie ffirmat il-ftehim mal-Gvern fl-1991. Dawn il-kuntratti la qatt kienu fil-pussess tal-Gvern u lanqas setgħu qatt kienu peress li kienu fuq art li għaddiet għand il-Gvern fl-1991.

d) Kien kruċjali biex ikun magħruf is-sewwa fuq din l-art li tinġieb prova ta’ akkwist ta’ iktar minn 40 sena qabel il-Ftehim mal-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi tal-1991 minħabba l-liġi tal-preskrizzjoni ta’ 40 sena.

e) Issa sar magħruf u ppruvat li minħabba l-preskrizzjoni kontra l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi hemm medda art li qatt ma setgħet tgħaddi għand il-Gvern għax ma kellha qatt tkun tal-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi;

f) Għalhekk illum stess l-Ministru Azzopardi ta struzzjoni lid-Dipartiment Propjetà tal-Gvern biex illum stess dan jissottometti applikazzjoni mar-Reġistru tal-Artijiet sabiex titneħħa r-reġistrazzjoni fuq parti sostanzjali tal-art effettwata, li tammonta għal 14,710 metru kwadru (14-il tomna ċirca) minn reġistrazzjoni fuq isem il-Gvern.  Dan l-avviż uffiċjali ser jidher fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar it-Tnejn, 4 ta’ Marzu 2013. Annessa ma’ din l-istqarrija hemm pjanta tal-art li mhux ser tibqa’ f’isem il-Gvern b’effett minn nhar it-Tnejn li ġej.

g) Il-Gvern jibqa’ impenjat li jaċċetta u li jgħarbel kull dokument jew prova simili fuq il-kumplament tal-artijiet in kwistjoni. Sakemm dan ma jsirx, il-Gvern ma jkollu ebda dritt jew awtorità li jirtira xi reġistrazzjoni fuq il-kumplament tal-artijiet. Fl-istess ħin il-Gvern qed itenni u jikkonferma l-iskema li ġiet imħabbra f’Novembru 2012 li tippermetti lil dawk ir-residenti li għandhom proprjetà fuq l-art li għadha taħt reġistrazzjoni f’isem il-Gvern biex ikunu jistgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom.

h) Din l-iskema ser tibqa’ miftuħa u m’għandiex data tal-għeluq;

i) Il-Gvern mhu ser jiehu l-ebda azzjoni kontra min għandu propjetà fiż-żoni effettwati proprju għax għandu kuxjenza soċjali;

B’dan il-mod il-Gvern qed juri li fl-istess waqt li jassumi d-dmirijiet tiegħu skont il-liġi, lest jagħti widen u raġun lil min ħaqqu skont il-liġi.

pr0334a.pdfpr0334a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow