Left arrow Mur Lura

JINFETĦU MILL-ĠDID TLIET IRZIEZET FIL-BUSKETT WARA XOGĦOL TA’ RESTAWR

pr0332
Date Icon 01/03/2013

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino inawgura tliet irziezet fil-Buskett li huma r-Razett tal-Bagħal, Ir-Razzett tal-Ispirtu, u R-Razzett tal-Bosk,  wara li għal bosta snin dawn kienu sfaw abbandunati u mitluqa.

Dawn l-irziezet inbnew matul il-perijodu (1636-57) fi żmien il-Gran Mastru Lascaris.  Ir-Razzett tal-Bagħal, li hu l-akbar wieħed mit-tlett irziezet, skont deskrizzjoni li nstabet fl-arkivju tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet (Cabreo) li ġġib id-data tal-1866 jingħad li kien jikkonsisti fi tlett ibtieħi u tlett stalel. Fuq dan il-bini jinstabu 3 emblemi ta’ gran mastri. Mal-faċċata ta’ barra hemm l-emblema tal-Gran Mastru Lascaris, fuq il-bieb man-naħa ta’ ġewwa hemm l-emblema tal-Gran Mastru Wignacourt u fis-sular ta’ fuq hemm l-arma tal-Gran Mastru De Rohan.

Waqt attivita li ttelgħet fil-buskett illum tħawlu 3 siġriet taċ-ċitru b’simbolu tat-tliet rziezet li reġgħu nfetħu mill-ġdid. Il-Ministru Pullicino qal li b’dan il-proġett ta’ restawr “qed nagħtu lura l-ħajja lill-passat tagħna. Dan huwa proġett ieħor li ser ikompli jiddiversifika u jkabbar il-potenzjal turistiku konsiderevoli taż-żona waqt li fl-istess ħin iħares il-wirt storiku ta’ pajjiżna.”

Dan il-proġett apparti x-xogħol sabiħ ta’ restawr ta’ dawn l-irziezet, sar ukoll biex ikun protett il-wirt storiku tal-Buskett filwaqt li l-irziezet ikunu ppreżentati b’mod aktar interessanti biex jintużaw minn nies. Issa li x-xogħol ta’ restawr huwa lest, se jinbeda l-proċess biex dawn il-binjiet jintużaw biex joffru varjetà ta’ attrazzjonijiet u faċilitajiet lill-pubbliku bħal faċilitajiet edukattivi u interpretattivi li ser iservu biex jitrawwem għarfien u apprezzament tal-karatteristiċi tal-Buskett.

Fil-fatt ir-Razzett tal-Bagħal jikkonsisti f’Ċentru tal-Viżitaturi u Ċentru Interpretattiv bl-għan li jaqdi l-funzjoni li jinforma lill-pubbliku dwar dak kollu li joffri l-Buskett – storja, flora u fawna u ornitologija. Ir-Razzett tal-Ispirtu li qabel kien jintuża biex fih jinħażnu l-ispirti u l-fertilizzanti se jintuża għal żewġ skopijiet. Dan se jservi ta’ bażi għar-rangers li se jkunu qed iħarsu l-park kif ukoll se jaqdi l-funzjoni bħala show case ta’ prodotti agrikoli lokali. L-użu eżatt tar-razzett tal-bosk għadu qed jiġi kkunsidrat minħabba n-nuqqas ta’ aċċessibbilità li għandu u minħabba li jinstab fl-aktar parti ekoloġikament sensittiva tal-Buskett.

Il-proġett kollu sar b’investiment ta’ aktar minn nofs miljun ewro, b’kofinanzjament mill-fondi agrikoli tal-Unjoni Ewropea għall-Iżvillupp Rurali. Ir-rata ta’ ko-finanzjament hi ta’ 75%.

Intant għada s-Sibt se ssir Open Day ta’ dawn l-irziezet kif ukoll tal-winery fil-Buskett li se tkun ukoll inawgurata għada. Għal dan il-għan se jkun hemm numru ta’ attivitajiet matul il-ġurnata fil-Buskett sas-6 ta’ filgħaxija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow