Left arrow Go Back

TĦABBIR TAR-RATI TA’ MGĦAX TA’ ŻEWĠ STOCKS TAL-GVERN TA’ MALTA B’RATA TA’ MGĦAX LI TVARJA

pr0324
Date Icon 01/03/2013

It-Teżor iħabbar li r-rati ta’ mgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2017 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur u tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur  ġew stabbiliti kif ġej: 

Stock tal-Gvern ta’ Malta 2017 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja

• l-imgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2017 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn il- 5 ta’ Marzu, 2013 u l-4 ta’ Settembru, 2013 (iż-żewġ dati nklużi) se tkun ta’ 1.228% pa.  Din ir-rata ta’ mgħax hija aġġustata u bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu, 2013 bi 0.328% , flimkien ma’ spread ta’ 90 basis points.

Stock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja

• l-imgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn il- 5 ta’ Marzu, 2013 u l-4 ta’ Settembru, 2013 (iż-żewġ dati nklużi) se tkun ta’ 1.428% pa.  Din ir-rata ta’ mgħax hija aġġustata u bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu, 2013 bi 0.328% , flimkien ma’ spread ta’ 110 basis points.

Dan l-avviż qiegħed jiġi maħruġ skont paragrafu 7(g) u paragrafu 7 (h) tal-Prospett li ġie ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-21 ta’ Awwissu, 2012 taħt in-Notifika tal-Gvern Nru. 874.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow