Left arrow Mur Lura

L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN, JIPPREŻENTA FONDI LI JIFFURMAW PARTI MILL-ASSISTENZA UFFIĊJALI GĦALL-IŻVILUPP LILL-MEMBRI TAS-SOĊJETA’ ĊIVILI

pr0323
Date Icon 01/03/2013

Għal sena oħra, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin reġa tenna l-impenn u l-appoġġ tiegħu lejn membri tas-soċjeta` ċivili sabiex dawn iwettqu proġetti ta’ żvilupp, f’pajjiżi eleġibbli għal din it-tip t’assistenza.  Dawn il-fondi, li jiffurmaw parti mill-Assistenza Uffiċjali Għall-Iżvilupp (ODA), huma parti minn nefqa totali li Malta talloka kull sena għal proġetti umanitarji u ta’ żvilupp.

Is-somma totali ta’ €188,130 se tmur għal ko-finanzjament ta’ 16 –il proġett fil-pajjiżi benefiċjarji fil-maġġoranza tagħhom fl-Afrika, kif ukoll fin-Nofsinhar tal-Asja u fl-Amerka Ċentrali.  Dawn il-proġetti ser ikunu mwettqa minn voluntiera u fondi t’individwi u għaqdiet Maltin.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr. Francis Żammit Dimech faħħar l-impenn tar-riċevituri ta’ dawn il-fondi, kemm dawk tal-passat kif ukoll dawk tal-preżent, billi qal illi dawn tejjbu il-ħajja ta’ nies foqra madwar id-dinja. F’ħafna każi, dawn il-proġetti jaghmlu użu minn riżorsi lokali filwaqt illi dawn l-organiżżażżjonijiet jużaw ir-riżorsi u l-esperjenzi taghhom biex jibnu fuq it-tajjeb illi diġa’ jeżisti. L-iskema tal-ODA fi ħdan il-Ministeru kisbet popolarita’ matul is-snin u in-numru ta’ proġetti sottomessi żdied ukoll. L-għan tal-Ministeru hu illi jagħti iżjed fondi biex jiġu iffinanzjati aktar proġetti ta’ dan it-tip matul din is-sena finanzjarja u ghandu l-għan illi jirdoppja il-baġit ghal dawn il-proġetti ghas-sena 2014.

Kull applikazzjoni ghall-fondi kienet eżaminata minn Bord Konsultattiv magħmul minn 7 persuni, li gejjin mid-Development Unit fi ħdan il-Ministeru, kif ukoll minn membri esterni ġejjin minn oqsma akkademiċi relatati ma’ l-iżvilupp kif ukoll membri tas-socjeta’ ċivili. Kull applikant kien intervistat minn Bord Konsultattiv u kull proġett ġie assessjat skond numru speċifiku ta’ kriterji relatati mal-prijoritajiet ta’ l-Overseas Development Policy ta’ Malta. Il-Bord Konsultattiv ha in kunsiderazzjoni ukoll il-kapaċitajiet tal-applikant illi jkun kapaċi jwettaq il-proġett kif ukoll l-impatt li dan il-proġett ser ikollu fuq il-komunita’ illi ser tibbenifika minnu.

Ħafna mill-proġetti huma relatati mal-edukazzjoni, bħal kostruzzjoni ta’ skejjel, ċentri għaż-żgħażagħ u ċentri għas-saħħa fil-Kenja, il-Gana u l-Indja. Fil-waqt li ħafna minn dawn il-proġetti huma ġodda, oħrajn huma estensjonijiet ta’ skejjel, faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni u laboratorji. Proġetti oħra edukattivi huma rigward taħriġ vokazzjonali, ‘capacity building’ u tisħiħ tal-abbilta’ fil-qasam edukattiv. Tfal u gruppi oħra vulnerabbli ser jiġu provduti minn taħriġ fil-qasam tal-ICT, kummerċċjali u żvilupp fil-ħiliet bażiċi biex jiġu inkuraġġjati biex ikunu awto-suffiċjenti.

Fost il-proġetti, proġett minnhom jikkonsisti fil-providiment tal-ilma u s-sanita’ ta’ kommunita’ żgħira fl-Etjopja. Żewġ proġetti oħra ser jgħinu biex jigu żviluppati l-infrastrutturi mehtieġa għas-saħħa bażika fil-komunitajiet tal-Malawi u l-Guatemala. Proġetti oħra li huma innovattivi ser iseħħu permezz tal-bini tal-fish farms u serrer biex tiġi megħluba in-nuqqas tal-ikel.

Ħawn taħt għandkom issibu il-lista tal-proġetti kollha.

Anness

Lista tal-Proġetti

1. Living Waters  Mission Team                                                                           €17,236

‘Water Supply Project in Ethiopia’   

Dan il-proġett ser jati aċċess għal-ilma nadif u ser jgħin biex itejjeb is-saħħa ta’ 3,000 persuna f’Amman, Lbiċċ tal-Etjopja.

2. Signum Fidei                                                                                                       €18,971

‘Enlargement of a hostel reception area in Cameroon’       

Dan il-proġett jgħin biex itejjeb l-edukazzjoni, lliteriżmu, l-attendenza fl-iskejjel lit-tfal bniet fi-żona Mbangassina.

3. Mission Fund                                                                                                     €25,000

‘Education for All - an extension at a school in Bananja, Kenya’

Dan il-proġett jikkonsisti fil-bini ta’ dormitorju fi skola sekondarja tal-bniet biex jati aċċess lit-tfal li joqgħodu fiż-żoni remoti.

4. St. Jeanne Antide Foundation                                                                          €10,495

‘Construction and operation of a Health Post in Malawi’                                       

Dan il-proġett jikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ Centru tas-Saħħa li sservi bħala klinika għat-tfal taħt il-5 snin,  servizzi ta’ maternita’, twettiq ta’ kampanji ta’ vaċċinazzjoni, laqghat għal-pubbliku dwar is-saħħa ġenerali, dwar l-igjene u l-prevenzjoni dwar il-mard infettiv.

5. KOPIN   

‘HIV/AIDS Care & Support, Ethiopia’                                                                          €13,243

Il-Fondi ser jiġu użati ic-Centru tas-saħħa l-Ijaji HIV/AIDS, biex jipprovdi servizzi tas-saħħa għal persuni li ghandhom l-HIV/AIDS billi jinataw ghajnuna psikologika, socjali, edukattiva u biex titnaqqas l-istigma u d-diskriminazzjoni.

6. Kull Bniedem Ħija                                                                                                €5,046

‘Youth Empowerment project, Kenya’ 

Dan il-proġett  ser jiprovdi edukazzjoni u appogg finanzjarju lil orfni taz-zona ta’ Kisumu fil-Kenja, fejn hemm rata gholja ta’ mortalita’ bil-marda tal-HIV/AIDS.

7. Integra Foundation                                                                                          €12,000

‘Emergency health care for the disabled extreme poor in rural Guatemala’

Dan il-proġett jipprovdi assistenza lil persuna b’diżabbilta biex ikollhom aċċess għas-servizzi tal-emerġenza.

8. Young Christian Workers   

‘Green House for food security and income generation in Kenya’                                 €6,818

Is-Serra ser tippermetti li ma jkunx hemm nuqqas fil-provvisti tal-ikel għat-tfal b’diżabbilta’

9. Society of Jesus                                                                                                     €8,379

‘Electricity generator and Laboratory Equipment for St. Xavier’s University College, India’    

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jiġġenera l-elettriku f’kuleġġ bl-użu ta’ generator ta’ 50 KVA.

10. YMCA                                                                                                                  €7,583

‘Driving Youth Entrepreneurship in Kenya’

L-għan ta’ dan il-proġett huwa dak li jgħin iż-żgħażagħ biex jiżviluppaw ħiliet imprenditorjali.

11. SOS Malta                                                                                                           €15,000

‘Small scale fish farming in Uganda’

Dan il-proġett ser ikun qed jikkonsist fit-trobbija tal-ħut fosthom in-Nile Tilapia u African Catfish fil-vaski. Laboratorju ser ikun qed jinbena ukoll għal raġunajiet ta’ riċerka.

12. Inizjamed                                                                                                            €10,636

‘Providing sustainability for peace and support activities in Kenya’

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdi appoġġ lin-nisa żgħażagħ u ommijiet li qed irabbu weħidhom biex jiżviluppaw ħiliet professjonali biex ikunu kapaċi jgħixu ħajja indipendenti.

13. Salesians of Don Bosco                                                                                        €9,535                                         

‘Construction of a Dormitory in Ghana’     

L-għan ta’ dan il-proġett huwa billi joffru lit-tfal fil-bżonn u t-trabi biex ikollhom l-opportunita’ta’ dar, familja u mħabba.

14. Franciscan Sisters of the Heart of Jesus                                                          €12,401

 ‘Construction of a primary school for street children in Nairobi, Kenya’

Dan il-proġett jinvolvi fil-bini ta’ klassijiet, uffiċini, kċina, sistemi ta’ sanita’ u sala u b’hekk jipprovdi saħħa, ikel u edukazzjoni. 

15. Right 2 Smile Foundation                                                                            

‘Day Care service to children in the slums of Kibera, Kenya’                                         €5,788

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdi servizzi ta’ matul il-jum ta’ kwalita’ għat-tfal bejn is-6 xhur u 3 snin fi Nairobi biex jinċentiva lin-nisa joħorgu jaħdmu jew jistudjaw. 

16. Salesians Pastoral Youth Service-SPYS                                                           €10,000

‘Children’s Play Ground in Kenya’

Park tad-divertiment tat-tfal ser jipprovdi l-iżvilupp fiżiku, emozzjonali u spiritwali għat-tfal.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow