AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET ĠENERALI U TAL-KUNSILLI LOKALI - MARZU 2013
Votazzjoni f’San Vincenz de Paule, fl-iSptar Mater Dei, l-iSptar Karen Grech, l-iSptar Monte Karmeli u l-iSptar Ġenerali t’Għawdex
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf dan li ġej:
- Fil-każ tar-Residenza San Vincenz de Paule, għall-votanti li huma registrati f’San Vincenz de Paule u dawk kollha li sal-Hamis, 28 ta’ Frar 2013, ikunu residenti, iżda mhux reġistrati bħala votanti hemmhekk, il-votazzjoni ser issir f’San Vincenz de Paule, nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Marzu 2013, bejn is-7.00 a.m. u l-10.00 p.m.; u
- Fil-każ tal-iSptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-votanti kollha li jkunu rikoverati f’xi wieħed minn dawn l-iSptarijiet fis-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tlieta, 5 ta’ Marzu 2013, għandhom jivvutaw ukoll nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Marzu 2013, bejn is-7.00 a.m. u l-10.00 p.m, fl-iSptar rispettiv fejn ikunu rikoverati fis-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tlieta, 5 ta’ Marzu 2013, u mhux kif jidher fuq id-dokument għall-votazzjoni tagħhom.
Importanti ħafna li jiġi nnotat li din il-proċedura tgħodd ukoll għal dawn il-votanti jekk jiġu rilaxxati wara d-data rispettiva ta’ qabel il-votazzjoni.
Għall-kuntrarju, il-votanti li jiġu rikoverati wara d-data rispettiva ta’ qabel il-votazzjoni, għandhom jivvutaw is-Sibt, 9 ta’ Marzu 2013, bejn is-7.00 a.m. u l-10.00 p.m. kif jidher u fejn hemm indikat fuq id-dokument għall-votazzjoni tagħhom.
Fir-Residenza San Vincenz de Paule, l-iSptar Monte Karmeli u l-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn hemm residenti reġistrati bħala votanti, ikun hemm bżonn li tinħareġ minn qabel identification tag mill-Kummissjoni Elettorali jekk residenti/pazjenti li ser jivvutaw f’dawn il-postijiet jixtiequ li xi ħadd minn tal-familja jgħinhom mill-Ward saz-zona tal-votazzjoni.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en