Left arrow Go Back

ĦIDMA FAVUR IL-ĦARSIEN TAL-ANNIMALI

pr0317
Date Icon 28/02/2013

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar investiment ġdid li qed jintuża fiċ-Ċentru San Franġisk għall-Ħarsien tal-Annimali f’Ta’ Qali. Dan iċ-Ċentru investa f’apparat li jaqra l-X-Rays b’mod diġitali. B’dan il-mod, apparti l-fatt li l-X- Ray se jkun jista’ jinqara aħjar, jgħin ukoll biex f’każ li jkun hemm bżonn konsulenza fuq xi każ minn veterinarji minn barra l-pajjiż, l-analiżi tkun tista ssir f’ħin qasir fost benefiċċji oħra li dan l-apparat joffri.

Il-Ministru Pullicino filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema u l-volontiera kollha li jaħdmu f’dan il-qasam sostna li l-Gvern f’din il-leġiżlatura ħadem bis-sħiħ favur il-ħarsien tal-annimali, b’impenn tant li:

• twaqqaf Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali;

• inħolqot sistema ta’ ambulanza għall-annimali li taħdem 24 siegħa għal 7 ijiem fil-ġimgħa. is-servizz tal-ambulanza tal-annimali, ġabar ’il fuq minn 6,000 annimal ferut;

• ġew addottati madwar nofs dawn il-klieb u qtates miġbura mill-familji Maltin u Għawdxin;

• sar neutering programme u ngħatat għajnuna lis-Santwarji tal-Annimali;

• id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali ressaq u segwa mill-qrib 52 każ ta’ moħqrija ta’ annimali li ddaħħlu l-Qorti. Każ f’dawn l-aħħar snin li kien seraq il-qlub ta’ kulħadd kien dak tal-kelba Star. Fiċ-ċentru ta’ San Franġisk sar monument għall-kelba Star biex jitwassal messaġġ kontra l-moħqrija tal-annimali, biex qatt aktar f’pajjiżna ma jseħħu atti ħorox bħal ma sofriet din il-kelba.   

• sar proċess fejn inħarġet liġi li tobbliga lil kull sid ta’ kelb biex kull kelb ikollu microchip. L-għanijiet prinċipali ta’ dawn ir-regolamenti hu;

• biex anqas persuni jabbużaw u jabbandunaw klieb meta jixbgħu minnhom;

• biex ikun hawn anqas periklu għas-saħħa pubblika minħabba tixrid ta’ mard mill-klieb;

• biex ikun hawn anqas attakki minn klieb abbandunati li jattakaw klieb u annimali oħra;

• biex tinħoloq database ċentrali b’reġistru sħiħ tal-informazzjoni kollha rigward il-klieb u s-sidien tagħhom. B’dan l-eżerċizzju ġew microchipped ’il fuq minn 50,000 kelb.

• fl-2010 nfetaħ Ċentru San Franġisk għall-Ħarsien tal-Annimali. Ċentru li qed jagħti servizz ta’ kura 24 siegħa kuljum Ħdud u festi inklużi. Ħafna  mill-każijiet daħlu fiċ-Ċentru matul il-ħinijiet bikrin ta’ filgħodu.  Dan juri kemm kien hawn bżonn f’pajjiżna Ċentru li jibqa’ miftuħ matul il-lejl 24 siegħa kuljum.  

• saru shelters għall-karozzini fil-Belt Valletta;

• saru żewġ dog parks f’ta Qali u f’Wied il-Għajn. Parks li qed iservi biex familji li għandhom kelb ikunu jistgħu jieħdu l-kelb tagħhom f’dawn il-Parks li joffru logħob varju għall-klieb;

• ingħataw 12 – il scholarship lil studenti biex jilħqu veterinarji.

• Infetaħ Petting Farm f’Ta Qali u fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn, biex titrawwem fit-tfal imħabba dejjem akbar lejn dawn il-kreaturi.

Il-Ministru Pullicino wera s-sodisfazzjon u l-aprezzament tiegħu lejn kull min ħadem biex f’dawn l-aħħar 5 snin dan is-settur ingħata l-importanza li tixraqlu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow