Left arrow Mur Lura

RIŻULTATI POŻITTIVI FIS-SETTUR TURISTIKU F’JANNAR 2013

pr0315
Date Icon 28/02/2013

Fl-aħħar ħames snin, pajjiżna kellu erba’ snin rekord fis-settur turistiku. Din is-sena wkoll qed ikunu reġistrati riżultati pożittivi għal dan is-settur. Statistika ppublikata llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li Jannar 2013 kien l-aħjar Jannar fl-istorja tat-turiżmu ta’ pajjiżna u fil-fatt matul dan ix-xahar pajjiżna kellu riżultati pożittivi fi tlett indikaturi ewlenin tat-turiżmu li huma l-ammont ta’ turisti, l-iljieli li jqattgħu f’Malta u n-nefqa tagħhom f’pajjiżna.

L-istatistika tal-NSO turi li fl-ewwel xahar ta’ din is-sena ġew Malta  64,887  turist li jfisser żieda ta’ 3,534 (+ 5.8%) turist fuq Jannar 2012. It-turisti qattgħu 592,786  lejl f’pajjiżna li jfisser żieda ta’ 85,331 (+16.8 %) lejl fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet u nefqu kważi €53 miljun, li jfisser żieda ta’ aktar minn €4 miljun (+8.2 %) fuq Jannar 2012.

Dawn ir-riżultati huma frott l-politika għaqlija li qed iwettaq il-Gvern b’investiment fi proġetti kapitali u infrastrutturali f’kull parti ta’ Malta li jiddiversfikaw il-prodott turistiku u jsaħħu dan l-aspett importanti tas-settur turistiku. Il-Gvern qed jinvesti wkoll biex iħeġġeġ l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali u interessanti matul is-sena kollha li flimkien mal-investiment fi prodott turistiku iktar diversfikat iwasslu biex pajjiżna jattira turisti matul is-sena kollha.

Il-Gvern qed jinvesti wkoll fit-tisħiħ tal-aċċessibilità bir-rotot jiżdiedu minn 57 fl-2007 għal 81 fl-2012 u b’aktar rotot jiġu mħabbra matul din is-sena. Għal din is-sena tħabbru dawn ir-rotot; Istanbul (Turkish Airlines), Riga (Air Baltic), Budapest (Wizz Air), Parigi (Transavia), Liverpool, Bergamo u Gothenberg (Ryan Air) u East Midlands (Monarch Airlines). Iż-żieda fir-rotot qed tkun akkumpanjata minn promozzjoni effettiva biex l-investiment fl-aċċessibilità u l-promozzjoni jsaħħaħ is-swieq turistiċi u jkompli jġib riżultati pożittivi għal dan is-settur ewlieni tal-ekonomija ta’ pajjiżna.

Ir-riżultati fis-settur turistiku huma wkoll frott tal-koperazzjoni effettiva bejn il-Gvern u l-istakeholders kollha fis-settur. Il-Gvern huwa impenjat li jkompli jaħdem id f’id mal-istakeholders fit-twettiq ta’ politika għaqlija li qed tissarraf f’ekonomija iktar b’saħħitha, l-ħolqien ta’ aktar impjiegi u kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow