RIŻULTAT POŻITTIV MILL-KUNSILL EWROPEW TA’ L-AGRIKOLTURA U SAJD
Matul il-Kunsill tal-Agrikoltura u Sajd, li ntemm l-Erbgħa 27 ta’ Frar kmieni filgħodu, d-Delegazzjoni Maltija kisbet riżultat ferm pożittiv. Id-diskussjoni iffukat fuq ir-rimi tal-ħut fil-baħar. Huwa stmat illi fuq livell globali, ħuta minn kull erbgħa terġa’ tintrema lura l-baħar. Dan il-ħut jintrema mhux neċesarjament għax m’huwiex tajjeb għall-konsum, imma jew għax ma jkunx koprut mill-ammont ta’ ħut li jista’ jinqabad mil-bastiment (kwota), jew inkella għax ikun illegali li jinħatt l-art minħabba li jkun ta daqs żgħir.
Waqt il-Kunsill, Malta spjegat li r-rimi tal-ħut huwa l-akbar falliment tal-Politika tas-Sajd Ewropea. Għalhekk, Malta saħqet li waħda mill-ambizzjonijiet ewlenin tagħna hija li nindirizzaw din il-problema fir-riforma. Madankollu, Malta insistiet li din l-ambizzjoni għandha tkun minsuġa flimkien ma’ kunċett ta’ flessibbiltà sabiex ikun hemm transizzjoni prattika u bla xkiel.
Għalhekk Malta insistiet li għandu jiġi żgurat li l-waqfien tal-prattika tar-rimi tal-ħut, li hija waħda ta’ ħela, ma jwassalx għall-prattika ugwalment ħalja fejn ħut li huwa tajjeb għall-konsum tal-bniedem isir fish meal – trab tal-ħut li jintuża f’diversi proċessi industrijali. Malta spjegat illi l-ħut li jirriżulta mill-obbligu tal-ħatt xorta għandu jintuża għal għanijiet umanitarji, jew inkella li l-profitti li jsiru mill-bejgħ tiegħu jintużaw bħala fond biex jgħin sajd iktar selettiv u biex jiżgura kontrolli dejjem aktar efettivi.
Wara negozjati twal intlaħaq ftehim favorevoli. Dan il-ftehim joffri l-flessibilità meħtieġa permess ta’ eżenzjoni fuq il-qabda totali ta’ kull sena ta’ 9% għall-ewwel u t-tieni sena, 8% għat-tielet u r-raba' sena, u 7% mill-ħames sena ’il quddiem. Il-qbil finali ser jippermeti wkoll li ħut fuq id-daqs minimu (eċċessi fil-kwoti) jingħata għall-karità flok isir fish meal u b’hekk jiżgura l-aqwa użu mir-riżorsa tal-ħut.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en