Left arrow Mur Lura

RINGRAZZJAMENTI MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI MARIO GALEA

pr0306
Date Icon 27/02/2013

Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li lbieraħ taw is-sehem tagħhom biex jiġu kkontrollati n-nirien li kien hemm f’Zammit Clapp Nursing Home. Bla dubju, il-kordinazzjoni ta’ kulħadd kienet importanti. 

Ringrazzjamenti jmorru lill-Protezzjoni Ċivili, lill-Pulizija, lit-tobba u n-nersis u l-professjonisti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità u l-istaff tal-Care Malta.

Bla dubju wieħed japprezza x-xogħol li għamlu l-impjegati ta’ Care Malta u l-Protezzjoni Ċivili biex ineħħu l-pazjenti mill-periklu. 

Grazzi wkoll lill-qraba tal-pazjenti li fehmu s-sitwazzjoni u kienu spalla ma’ spalla mat-tim li ħa sehem f’din l-operazzjoni. 

Il-konsegwenzi tan-nirien ma kinux kbar għax l-isptar hu attrezzat b’apparrat apposta kontra n-nar fosthom fire doors li kienu strumentali biex in-nar ma jinfirixx.

Għaddej ukoll it-tindif fuq il-post biex is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal fl-iqsar żmien possibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow