Left arrow Mur Lura

MIJIET TA’ FAMILJI QED IGAWDU L-PARK GĦALL-FAMILJA TA’ SANT’ANTNIN F’WIED IL-GĦAJN

pr0303
Date Icon 26/02/2013

Wara li nhar il-ħadd li għaddha kien inawgurat il-Park tal-Familja ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn, mijiet ta’ familji qed iżur dan il-Park.

Il-Park tal-Familja ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn qed jiftaħ il-bibien tiegħu kuljum mis-6.30am sal-11.00 ta’ filgħaxija. Matul din l-ewwel ġimgħa tal-ftuħ tal-Park qed jitellgħu bosta attivitajiet, kemm għall-kbar kif ukoll għaż-żgħar fiż-żoni differenti tal-Park. Fost l-attivitajiet li qed isiru matul dil-ġimgħa, nhar is-Sibt li ġej mis-7pm sal-10,30pm se jittella’ kunċert mill-Pusè, stand-up comedy bis-sehem ta’ Ġorġ u Pawlu u kunċert minn Ira Losco.

Dan il-park hu mifrux fuq art kbira 85,000 metru kwadru u jinkludi bosta faċilitajiet għat-tfal u għall-kbar fosthom:

• Żoni differenti għal picnics
• Play areas għat-tfal, inkluż apparat li jista’ jintuża minn tfal b’diżabilità
• Żona b’apparat tal-gym
• Żona għal Rock-climbing u Abseiling
• Maze għat-tfal u oħra għall-kbar
• Dog Park
• Spazju għal Water Park għax-xhur tas-sajf
• Anfiteatru li jakkomoda 450 persuna
• Stallel taż-żwiemel
• Ċentru tal-Agroturiżmu fuq stil ta’ razzett antik
• 5-a-side football pitch
• Ċentru ta’ Informazzjoni biex isservi bħala post għall-edukazzjoni fuq l-immaniġġjar tal-iskart u l-ambjent
• Żona ta’ parkeġġ għal viżitaturi li jesa’ kapaċità ta’ 100 karozza
• Żona ta’ parkeġġ għal coaches

Dan il-Park li sar b’investiment ta’ aktar minn € 6 miljun hu kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Dan il-Park qed jagħti ħajja lil 25,000 arbuxell u 3,500 siġra b’nofshom huma mogħtija mill-kumpanija Eden Lifestyle. Sar xogħol fuq korsa tal-ilma tax-xita li jgħaddi mill-wied ta’ sant’Antnin filwaqt li nbnew żewġ ġibjuni. 50 tunnellata ta’ ħġieġ riċiklat ġie mħallat mal-konkrit għall-kostruzzjoni tad-dwal għall-passaġġi, filwaqt li għall-ħitan tas-sejjieħ intuża mat-3,500 metru kubu ta’ ġebel. Sar ukoll f’dan il-Park xogħol ta’ restawr fuq il-Kappella ta’ Sant’Antnin li reġgħet infetħet għall-pubbliku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow