Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA UFFIĊJALMENT IL-KAMPANJA PUBBLIĊITARJA TAL-AWTORITÀ GĦALL-KOMPETIZZJONI U L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR

pr0301
Date Icon 26/02/2013

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret kmieni waranofsinhar, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi nieda l-kampanja pubbliċitarja ta’ informazzjoni u għarfien dwar id-drittijiet u d-dmirijiet li jħaddnu l- konsumaturi Maltin u Għawdxin. Il-Ministru spjega li l-progett globali jilħaq il-€534,024, liema fondi huma ko-finanzjati b’85% mill-Unjoni Ewropea u 15 % mill-Gvern Ċentrali.

Spjega li l-kampanja ta’ għarfien għall-pubbliku in ġenerali se tkun iffukata fuq il-liġijiet tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni kif ukoll fuq id-dmirijiet u d-drittijiet tal-konsumatur u l-kummerċjanti. Spjega li l-iskop wara din il-kampanja, huwa li jsir reklamar filgħaxija fuq it-televixin sabiex l-Awtorità tkun tista tilħaq ukoll studenti u ħaddiema li ma jistgħux isegwu lill-uffiċjali tal-Awtorità fi programmi ta’ matul il-ġurnata.  Dan se jsir, spjega l-Ministru, sabiex jitkabbar l-għarfien fost dan is-settur ta’ konsumaturi li għandhom nuqqas ta’ informazzjoni dwar ix-xogħol li twettaq l-Awtorità. 

Is-suġġetti li se jkopru din il-kampanja ta’ għarfien jinkludu fost l-oħrajn:drittijiet tal-Passiġġieri ta’ l-Ajru li jinkludu wkoll dawk il-passiġġieri b’diżabilità jew nuqqas ta’ mobilità, il-garanziji tal-konsumatur, bejgħ mill-bogħod (bħal xiri mill-internet; permezz ta’ katalgi; mit-televixin; eċċ), sigurtà ta’ prodott, kreditu tal-Konsumatur u self għal dar. Il-kampanja ser tinkludi wkoll fuljetti dwar dawn is-suggetti.

Barra minn hekk il-Ministru Azzopardi qal li se jsir taħriġ tal-Uffiċjali tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur li se jitmexxa minn uffiċjali għolja tal-Awtorità Taljana, l-Autorità Garante della Concorrenza del Mercato. L-għan tat-taħriġ huwa li dawn l-uffiċjali jgħaddu l-esperjenza tagħhom biex jikber l-għarfien u l-kapaċitajiet tal-uffiċjali Maltin li jaħdmu fil-qasam tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni, fil-qadi tad-dmirijiethom u jissaħħu s-servizzi li tipprovdi l-Awtorità.

Se ssir ukoll promozzjoni tal-iskema Trust Mark li diġà giet mnedija ftit taż-żmien ilu. Din l-iskema hija kodiċi ta’ kondotta fejn in-negozjant jintrabat li jimxi magħha sabiex jagħti servizz aħjar lill-konsumaturi.  Permezz ta’ tali skema, n-negozji jintrabtu biex fost l-oħrajn jippromwovu relazzjoni tajba mal-konsumatur, jiżguraw li l-fond kummerċjali huwa aċċessibbli u sigur u jifhmu tajjeb il-ħtiġijiet tal-konsumatur u jiggwidawhom kif meħtieġ; jassiguraw li l-ilmenti jiġu solvuti fl-iqsar żmien possibbli u jiġi evitat li l-konsumatur jieħu l-każ quddiem it-Triunal għal Talbiet tal-Konsumatur. Il-Ministru Azzopardi qal li l-parteċipazzjoni tal-kummerċjanti u n-negozji fil-kodiċi ta’ kondotta Trust You, tirrendi prattiċi ġusti fost in-negozju għall-benefiċċju tal-konsumatur kif ukoll tan-negozjant.

Ic-Chairman tal-MCCAA, is-Sur Francis Farrugia spjega wkoll li se jsiru ħames seminars, erba’ f’Malta u wieħed f’Għawdex fejn fost oħrajn ser jiġu diskussi s-suġġetti dwar it-tibdil fil-liġijiet, is-servizzi offruti mill-Awtorità, kif ukoll dwar kompetizzjoni ġusta.

Fl-aħħarnett il-Ministru Azzopardi qal li dawn l-inizjattivi se jkunu qed jgħinu biex tinħoloq kuxjenza akbar fost il-konsumaturi. Huwa qal li huwa fl-interess tal-Gvern, li kontinwament jeduka lill-konsumatur dwar id-dmirijiet u d-drittijiet li huma jħaddnu. Qal li permezz tal-Fondi tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna se jibqa javvanza u jimxi ‘l quddiem f’kull settur u dan sabiex Malta tigarantixxi li toffri l-aħjar servizzi liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow