Left arrow Go Back

IFFIRMAT FTEHIM KOLLETTIV GĦALL-ĦADDIEMA TAL-ETC

pr0296
Date Icon 25/02/2013

Aktar minn 230 impjegat tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ se jibdew igawdu minn pagi u kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol permezz tal-Ftehim Kollettiv ġdid li se jkun iffirmat illum.

Il-ftehim kien iffirmat minn Sandra Sladden u Claudio Farrugia, Chairperson u CEO rispettivi tal-Korporazzjoni u Edwin Balzan, Viċi President tal-UĦM u s-shop stewards Guido Zammit u Antoinette Aquilina.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina li kienet preżenti għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim qalet li għal darb’oħra qed issir enfasi qawwija fuq miżuri maħsuba biex ikun hemm aktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja għall-ħaddiema tal-Korporazzjoni għax aħna nemmnu bis-sħiħ f’dan il-kunċett li għandu jwassal biex ikollna ħaddiema aktar kuntenti  u komdi li jaqdu d-dmirijiet tagħhom lejn il-post tax-xogħol u l-klijenti tal-Korporazzjoni u fl-istess waqt ikunu qrib il-familji tagħhom u jsibu ħin ta’ kwalita’ mal-familja.

Dan il-Ftehim Kollettiv qed ikopri perjodu sa l-aħħar tal-2016 jiġifieri erba’ snin u dan għandu jagħti aktar serħan il-moħħ lill-ħaddiema.

Qed nassiguraw li kull kategorija ta’ ħaddiema se jieħdu żidiet fil-pagi u s-salarji tagħhom kull sena tal-ftehim u dan barra miż-żjidiet għall-għoli tal-ħajja li jista’ jkun hemm minn żmien għal żmien.

Il-ħaddiema li huma wkoll ġenituri issa jistgħu jibbenifikaw minn sistema ta’ siegħat imnaqqsa ta’ xogħol sakemm uliedhom jilħqu l-età ta’sittax il-sena. Dan ifisser żieda ta’ tliet snin għax qabel din il-miżura kienet offruta sakemm ‘l ulied jagħlqu tlettax  il-sena.

Il-Ftehim Kollettiv jipprovdi għal żieda fil-leave bla ħlas li jingħata lil dawk il-ħaddiema li jadottaw tfal.  Nafu li kultant il-proċeduri tal-adozzjoni, speċjalment jekk it-tfal adottati jkunu minn barra l-pajjiż, jistgħu jieħdu fit-tul.  Għalhekk qed ngħidu li min jidħol għal dan il-piż ikun intitolat għal perjodi ta’ leave sa massimu ta’ tliet xhur u f’każ li  ż-żewġ ġenituri jkunu impjegati tal-Korporazzjoni dan il-perjodu jistgħu jaqsmuh bejniethom skont il-bżonn.

Il-Ministru Cristina fakkret li l-impjegati tal-ETC igawdu wkoll minn sena leave bla ħlas f’każ li jidħlu biex jiffosterjaw it-tfal.

Ħaddiema tal-Korporazzjoni li jagħmlu xogħol ta’ security guards se jibdew igawdu minn shift allowance .

Senior Executives apparti id-disturbance allowance se jibdew jitħallsu wkoll tas-sahra jekk ikunu mitluba jaħdmu aktar minn  80 siegħa overtime fis-sena, bir-rata ta’ €14 kull siegħa.

Il-Korporazzjoni għandha numru ta’ uffiċċji mifruxa ma’ Malta u Għawdex. L-Employment Advisors li huma responsibbli minn Job Centre se jibdew jingħataw  allowance għal din ir-responsabbilta’ żejda li tammonta għal €450 fis-sena sakemm jibqgħu responsabbli minn dawn iċ-ċentri.

Il-ħadiema kollha se jingħataw l-arretrati b’sena lura kif ukoll somma ta’ €250 ta’ darba.

Il-Ministru qalet li dawn il-bidliet jikkumplimentaw diversi inizjattivi u miżuri meħuda mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li jinkludu il-mizuri favur il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, is-servizz tac-childcare għall-impjegati tal-Korporazzjoni f’dan il-post tax-xogħol stess, il-faċilitajiet rekreattivi, il-canteen,  u l-klabb soċjali u l-isports fost oħrajn

Hi awgurat li dan il-Ftehim Kollettiv iservi biex il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li għandha xogħol importanti, partikolarment fit-taħriġ ta’ nies biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jkollhom xogħol u xogħol tajjeb, tkompli tagħti dawn is-servizzi lil firxa akbar ta’ nies biex nassiguraw li dawk kollha li huma kapaċi u jixtiequ jaħdmu jkunu kapaċi jaħtfu l-opportunitajiet ta’ xogħol li jinħolqu.

Il-Ministru Cristina rringrazzjat liċ-Chairperson u lis-CEO u dawk l-uffiċjali li ħadmu biex seta’ jkun konkluż dan il-Ftehim Kollettiv kif ukoll lill-Uffiċjali tal-Union Ħaddiema Magħqudin li magħhom f’dawn l-aħħar xhur ħdimna mill-qrib biex innegozjajna dan il-ftehim u numru ta’ ftehim oħra li kienu ffirmati riċentement.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow