Left arrow Go Back

INAWGURAT IX-XOGĦOL TA’ RESTAWR FUQ IL-KNISJA TAŻ-ŻEJT FL-GĦARB

pr0290
Date Icon 25/02/2013

Il-Knisja taż-Żejt fl-Għarb sarilha xogħol ta’ restawr, bħala parti mill-Proġett ta’ Konservazzjoni Kulturali u Turistika tal-Għarb li qed isir mill-Kunsill Lokali tal-istess lokalita’. Dan il-proġett qed jitwettaq permezz ta’ investiment  li jlaħħaq kważi €640,000 li 90% minnhom  qed jiġu finanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali taħt Miżura 323 filwaqt li l-10% l-oħra  ġejjin minn fondi nazzjonali.

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono inawgurat ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq din il-Knisja, li hija waħda mill-ħames elementi ewlenin li diġà ġew restawrati permezz ta’ dan il-proġett. Dawn jinkludu l-Kappella ta’ San Dimitri, il-pont fi Triq is-Sdieri, ħitan tas-sejjieħ, u s-Salib fil-Pjazza tal-lokalità. Barraminhekk, permezz ta’ tfaddil li rnexxielu jagħmel minn dan l-investiment, il-Kunsill Lokali tal-Għarb wettaq ukoll xogħol ta’ restawr fi Pjazza Żjara tal-Madonna u fil-qrib mistenni jibda xogħol ta’ restawr tal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali u z-zuntier, kif ukoll ta’ xelter ta’ żmien il-gwerra li jinsab fl-istess pjazza.

Ix-xogħol ta’ restawr intensiv fuq il-Knisja taż-Żejt kien jinkludi tneħħija tas-siment minn fuq il-ġebla, bdil ta’ ġebel immermer, tindif tal-ġebel kollu, applikazzjoni ta’ velatura fuq il-ġebel il-ġdid u l-ftuħ tal-fili kollha,  filwaqt li ġew imwaħħla balavostri ġodda fuq ir-riħ tal-wied kif ukoll ċangatura mal-passaġġ u z-zuntier.

Il-Ministru Giovanna Debono faħħret din l-inizjattiva li hija fissret bħala azzjoni responsabbli tal-Kunsill Lokali tal-Għarb li huwa wkoll wieħed mill-eqdem lokalitajiet ta’ Għawdex. ‘Dan jiġġustifika l-impenn ta’ dan il-Kunsill, fir-rigward tal-ħarsien u l-konservazzjoni tal-patrimonju storiku u kulturali ta’ din il-lokalità’, qalet il-Ministru Giovanna Debono. Hija fakkret li dan il-proġett estensiv fl-Għarb kien għaddej flimkien ma’ proġetti oħra li kienu finanzjati minn skemi tal-Ministeru għal Għawdex, li kienu jinkludu t-twaqqif ta’ mużew li fih qed jiġu esebiti paramenti, relikwi u oġġetti sagri marbuta mal-Knisja Parrokkjali. Il-Ministru spjegat kif il-ħarsien tal-patrimonju storiku kien element ewlieni li ngħata kunsiderazzjoni matul din il-leġiżlatura fejn ġew allokati miljuni ta’ ewro għal xogħlijiet ta’ restawr, kemm minn fondi Ewropej kif ukoll minn fondi nazzjonali. Ix-xogħlijiet f’Għawdex jinkludu fost l-oħrajn ir-restawr intensiv u l-konsolidazzjoni tas-swar taċ-Ċittadella u restawr ta’ siti oħra bħal kappella ta’ Santa Ċeċilja, siti fiċ-Ċittadella, diversi torrijiet, id-Dar tal-Gvernatur kif ukoll statwi u niċeċ oħra f’diversi lokalitajiet f’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow