GĦADDEJ IX-XOGĦOL FUQ PROĠETT TA' KONSOLIDAMENT U RESTAWR TA' 12-IL MAĦŻEN FL-IMDINA
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, żar ix-xogħlijiet ta’ konsolidament u restawr li qed isiru fuq 12-il maħżen tas-seklu 15 fl-iMdina. Dan ix-xogħol ta’ konsolidament qed isir wara li ġie nnutat li f’dawn l-imħażen sar ftuħ kbir fil-ġebel bil-konsegwenza li setgħu iċedu u jaqgħu. Għaldaqstant permezz ta’ fondi Ewropej li jlaħħqu t-€2.8 miljun b’kofinanzjament ta’ 75%, qed isir xogħol biex dawn l-imħażen ikunu kkonsolidati.
Il-fażi tal-konsolidament tal-imħażen mas-swar qed issir permezz ta’ 22 micropile f’kull maħżen b’total ta’ 220 micropile. Kull micropile għandu l-funzjoni bħal speċi ta’ rawlbolt biex jisikka fit-tafal u b’hekk jitraferixxi l-piż tal-istruttura fis-saffi tat-tafal f’fond ta’ madwar 16-il metru. B’hekk il-piż tal-imħażen ikun qed iseraħħ fuq tafal sod biex ikun evitat iċ-ċaqliq li hemm fil-preżent li wassal biex infetħu numru ta’ konsenturi.
Il-Ministru li kien akkumpanjat mis-Sindku tal-Mdina s-Sur Peter Sant Manduca, filwaqt li rringrazzja lit-team ta’ ħaddiema, periti u inġiniera li qed jagħmlu dan ix-xogħol, qal li x-xogħol hu mistenni li jitlesta f’ Settembru 2013.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en