Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JNIEDI IT-TIELET EDIZZJONI TAL-PREMJU TAL-PRESIDENT GĦALL-KREATTIVITÀ 2013

pr0281
Date Icon 22/02/2013

Il-President George Abela dalgħodu kompla biż-żjarat tiegħu fl-iskejjel u waqt iż-żjara fl-iskola tas-Sacred Heart f’San Ġiljan nieda it-tielet edizzjoni tal-Premju tal-President għall-Kreattività.

Il-President Abela esprima s-sodisfazzjon tiegħu li permezz ta’ dan il-premju, li għandu valur ta’ sebgħin elf ewro, huma bosta t-tfal u ż-żgħazagħ li qed jibbenifikaw u jkomplu jissoddaw fit-teknika tat-talent tagħhom. Fit-taqsima fejn qed tibbenifika il-kommunità, ukoll qed isir ħafna ġid f’diversi lokalitajiet permezz ta’ dan il-premju.

L-Għan tal-Premju tal-President għall-Kreattivitàhu li jiżviluppa talenti ġodda u jgħin proġetti tal-arti li jimpenjaw it-tfal, iż-żgħażagħ u s-soċjetà ċivili b’kuntatt dirett mal-ħajja fil-kommunità. Il-mira ewlenija hija fuq it-tfal u ż- żgħażagħ u fuq fuq inizjattivi interġenerazzjonali. L-enfasi hija li jitqanqlu programmi soċjali u kommunitarji ta’ żvilupp permezz tal‑arti.

L-applikazzjonijiet jinstabu fuq is-sit www.president.gov.mt u jibqgħu miftuħa sas-sbatax ta’ Mejju 2013. Il-Premijiet huma maqsuma hekk :

Tliet Programmi: Tfal, Żgħażagħ u Komunità.

Il-Premju tal-President għall-Kreattività huwa mqassam fi tliet programmi, immirati lejn tfal, żgħażagħ u l-komunità. Dan jorbot direttament mal-għanijiet tal‑Premju, iġifieri:

a)Li jiġi identifikat u ppremjat l-aħjar talent ġdid;
b)Li jintwera u jingħata appoġġ bażiku minn esperti għal talent żagħżugħ li qed jipprometti;
c)Li tingħata inċentiva għall-kontribuzzjoni ta’ persuni kreattivi żgħażagħ lejn l‑iżvilupp komunitarju; u
d)Li jiġu appoġġati organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tal‑ħtiġijiet soċjali u l-benesseri ta’ tfal u żgħażagħ permezz tal-kreattività u l‑arti.

It-Tnedija tat-tielet Edizzjoni tal-Premju tal-President tal-Kreattività qed tiġi mnedija illum 21 ta’ Frar 2013. Is-sejħa għal proġetti se tkun miftuħa sas-17 ta’ Mejju 2013 u r-riżultati jiġu mħabbra sal-aħħar ta’ Ġunju.

Għal kull informazzjoni  dwar Il-Premju tal-President għall-Kreattivita’, li tinkludi kopji tal-Linji Gwida kif ukoll applikazzjonijiet għat-tliet taqsimiet tal-Premju, jistgħu jinstabu fuq is-sit www.president.gov.mt, jew fuq tel: 21226 226 u email: president@gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow