Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITA`, WAQT L-INAWGURAZZJONI TAL-UFFIĊĊINI L-ĠODDA TAD-DIPARTIMENT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI – IL-ĦAMIS, 21 TA` FRAR 2013

pr0273
Date Icon 21/02/2013

Segretarju Permanenti,

Direttur Ġenerali,

Diretturi,

Mistiedna distinti,

Huwa ta’ pjaċir għalija bħala wieħed mill-aħħar inkarigi uffiċċjali tiegħi bħala Ministru għas-Saħħa li ninawgura proġett ieħor favur is-saħħa ambjentali. Proġett li forsi ilu żmien twil biex wasal, iżda li ħadt l-impenn kollu neċċessarju meħtieġ biex sa fl-aħħar narawh imwettaq.

Illum, fl-okkażjoni ta’ l-inawgurazzjoni ta’ dawn l-uffiċini l-ġodda għad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali,  ippermettuli nagħmel żewġ punti.

L-ewwelnett nixtieq naqsam magħkom ħarsa qasira lejn dak li jagħmel dan d-direttorat:

• Il-missjoni tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali hija li prinċiparjament tissalvagwardja s-saħħa tal-pubbliku billi tinkoraġġixxi, u tassigura, il-ħarsien ta’ liġijiet relatati mas-saħħa pubblika.

Dawn l-uffiċini ġodda ser jiġbru fi ħdanhom s-setturi kollha ta’ dan id-direttorat, jiġifieri l-health inspectors, l-uffiċjali tas-saħħa fil-portijiet, u lill-uffiċjali li jiżviluppaw u jikkordinaw il-politika tas-saħħa ambjentali.

Ix-xogħol siewi li qiegħed jagħmel dan id-Direttorat huwa wieħed vast. L-ISO certification li akkwista d-Direttorat huwa xhieda tal-mod eċċellenti li bih dan id-Dipartiment jagħti s-servizz f’pajjiżna, u ta’ kemm jilqa’ lmenti, kummenti u suġġerimenti tal-pubbliku b’mod effettiv.

Ħarsa żgħira lejn xi statistika tas-sena 2012 turina li

-6,575 ilment mill-pubbliku ġie investigat .  5,742 ilment kien fuq materji ambjentali, waqt li  833 kienu lmetni relatati mal-ikel

-Iktar minn  8,000 entita` tal-ikel kienu spezzjonati

-Madwar  40,000 prodott tal-ikel jew mediċinali kienu studjati

-Madwar 2,000 immigrant irregolari kienu eżaminajiet mal-wasla tagħhom f’Malta

-Ġew inizzjati passi legali fuq madwar 500 każ.

Din hija biss statistika żgħira tal-attivita` li saret minn dan id-dipartiment, u mhux rendikont tax-xogħol kollu li sar minn l-uffiċjali u l-professjonisti li jaħdmu fi ħdan dan d-dipartiment.

Wieħed għalhekk ma jistax ma japprezzax kemm qiegħed jagħmel xogħol siewi dan id-direttorat u forsi wkoll ma nintebħux bil-kif qiegħed iwettaq dan l-istess xogħol b’ħafna sfumaturi differenti.

Għalhekk huwa ta’ pjaċir kbir għalija li qiegħed hawn illum sabiex il-pubbliku jkun aktar infurmat dwar il-kontribut importanti li qiegħed jagħti dan id-direttorat lejn is- saħħa tagħna u s-saħħa tal-pubbliku ta’ Malta.

Din l-informazzjoni teħodni għat-tieni u l-aħħar punt li nixtieq ngħaddi. Hawnhekk nixtieq ngħaddi messaġġ ċar ta’ ringrazzjament. Nixtieq nirringrazzja lill-uffiċjali u l-professjonisti kollha li b’ħilithom u d-dedikazzjoni tagħhom jassiguraw suċċess konsistenti f’dan id-Direttorat.

Nixtieq nindirizza wkoll ir-ringrazzjament tiegħi lill-pubbliku inġenerali tal-kontribut u ko-operazzjoni  lejn ix-xogħol tad-Direttorat għas-Saħħa Pubblika.

Il-kontribut tal-pubbliku huwa essenzjali għaliex irid jimxi id f’id ma’ l-impenn u d-dedikazzjoni li kull wieħed u waħda minkom li taħdmu f’dan id-direttorat tagħtu.

Ippermettuli biex f’isem il-Gvern, nieħu l-opportunita` sabiex  nirringrazzja lill-pubbliku u ninkoraġġixxi lill-pubbliku jkompli jgħin lill-Gvern bil-kontribut u ko-operazzjoni tiegħu lejn dan id-direttorat.

Dawn l-uffiċini ġodda huma xhieda tal-apprezzament u l-investiment tal-Gvern lejn is-settur tal-ħarsien tas-saħħa pubblika. Dawn l-uffiċini u l-investiment li sar fl-apparat relatat huma xhieda ta’ kemm il-Gvern jirrikonoxxi l-irwol u l-kontribut tagħkom u ta’ dan id-dirrettorat u tal-fiduċja tal-Gvern għal xogħol siewi fis-snin li ġejjin.

Nawgura li dawn l-uffiċini ġodda jkunu ta’ użu tajjeb lejn is-soċjeta` tagħna. B’hekk inkunu nistgħu nibqgħu nazzjon li bil-ħidma tagħna nixhdu l-impenn kontinwu sabiex nissalvagwardjaw is-saħħa pubblika u fejn is-saħħa tal-bniedem tibqa’ prijorita`.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow