Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JAGĦTI €300,000 FIS-SENA LILL-ISKOLA MARIAM AL BATOOL

pr0264
Date Icon 19/02/2013

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol James Calleja u l-Imam Mohammad Elsadi f’isem l-iskola Mariam Al Batool, illum iffirmaw ftehim fil-preżenza tal-Ministru Dolores Cristina li permezz tiegħu il-Gvern qed jintrabat li jagħti s-somma ta’ €300,000 fis-sena lill-imsemmija skola.

Il-ftehim jorbot lill-imsemmija skola li timxi mal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali u li tagħti rendikont regolari lid-Direttorat tal-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, dwar kif qed jintefqu dawn il-flus. Il-Gvern se jkollu membru bid-dritt għall-vot fuq il-Bord tal-Iskola.  Fil-kurrikulu tagħha l-iskola se tgħallem il-lingwa Maltija sal-livell tas-SEC lill-istudenti Maltin li jattendu fiha.

Min-naħa tagħha l-iskola se tkun tista’ tibgħat l-għalliema tagħha għas-sessjonijiet ta’ taħriġ professjonali provduti mid-Direttorat tal-Edukazzjoni, tista’ tagħmel użu bla ħlas miċ-ċentri ta’ riżorsi tal-Gvern f’każ ta’ studenti bi bżonnijiet speċjali u tista’ tfittex pariri tekniċi u professjonali mid-Direttorati tal-Edukazzjoni bla ma tħallas għalihom.

Qabel l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, l-Imam kellu laqgħa mal-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina li fiha ddiskutew il-kooperazzjoni bejn il-Gvern u l-Iskola Mariam Al Batool.

Ta’ min ifakkar li ftit tal-ġimgħat ilu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien għamel żjara uffiċjali fl-imsemmija skola li matulha l-Imam kien għamel diversi talbiet lill-Gvern f’isem il-komunità Musulumana f’Malta.  Il-ftehim iffirmat illum hu riżultat ta’ dik iż-żjara.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow