Left arrow Go Back

62 PROFESSJONIST ĠDID FIL-KAMP LEGALI

pr0254
Date Icon 18/02/2013

59 Avukat u 3 Prokuraturi Legali ngħataw il-warrant tagħhom illum waranofsinhar mill-Onor. Chris Said, Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja. Il-warrant tintitolahom biex jipprattikaw il-professjoni tagħhom wara li ftit xhur ilu huma ggradwaw fi tmiem kors mill-Universita’ ta’ Malta.

Filwaqt li feraħ lill-avukati ġodda, il-Ministru Chris Said irrefera għal uħud mill-iktar żviluppi sostanzjali fil-Qrati Maltin matul din il-leġiżlatura nkluż l-investiment qawwi li sar mill-Gvern biex il-Qrati Maltin joffru ambjent iktar modern u sigur, faċilitajiet aħjar għall-avukati, ġudikatura u l-pubbliku, u l-aħħar teknoloġija li tħaffef il-proċess tas-sistema ġudizzjarja.

Filwaqt illi fakkar li xogħol l-avukat huwa marbut mal-ħarsien tad-dmirijiet u d-drittijiet tal-individwu, bl-għan aħħari jkun li l-pubbliku jgħix f’soċjeta’ dejjem aħjar, il-Ministru semma’ żewġ żviluppi importanti għall-Qrati – il-bini ta’ uffiċini ġodda għall-Imħallfin u l-ħaddiema tagħhom, li se jkun lest iktar tard din is-sena u li se jwassal għal livell ogħla ta’ servizz fil-Qrati; u l-bidu ta’ sistema ta’ djarju fil-kawżi Ċivili, li bdiet titħaddem minn Ottubru li għadda b’riżultat tal-ftehim li sar mill-Gvern mal-Bank tal-Ġudikatura. Permezz ta’ din is-sistema ġdida, li l-Gvern issa jrid jifrixha għall-Qrati kollha u għal kull seduta, ikun hemm organizzazzjoni aħjar tal-ħin għall-pubbliku biex il-kawżi jibdew jiġu appuntati bil-ħin. B’hekk il-pubbliku jinqeda aħjar.

Il-Ministru spjega li f’dawn il-ħames snin ukoll sar eżerċizzju ta’ tisħiħ tar-riżorsi umani, inkluż bl-ingaġġ ta’ Assistenti Ġudizzjarji minn fost l-avukati, biex is-servizz fil-Qrati f’Malta jitjieb dejjem iktar, u spjega li l-Gvern irid ikompli jsaħħaħ ir-riżorsi umani biex il-ġudikanti jkunu f’pożizzjoni li jisimgħu l-każijiet u jagħtu deċiżjonijiet fl-iqsar żmien possibbli. Filwaqt li rrimarka dwar il-preżenza dejjem tikber ta’ avukati nisa f’pajjiżna, il-Ministru Said spjega wkoll li bil-ħatriet li għamel il-Gvern fl-aħħar snin, Malta llum għandha nofs il-Maġistrati li huma nisa.

Chris Said sostna li l-pjanijiet tal-Gvern għal dan il-qasam jinkludu riforma mill-qiegħ tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, wara proċess ta’ konsultazzjoni, u jagħti poteri effettivi lill-Prim Imħallef biex tkun assigurata l-ogħla mġieba korretta, etika u effiċjenti mill-membri tal-ġudikatura.

Għall-okkażjoni kien hemm ukoll Dr Peter Grech, Awditur Ġenerali, Dr Silvio Camilleri, Prim Imħallef, Dr Reuben Balzan, President, Kamra tal-Avukati, Kevin Mahoney, Direttur Ġenerali tal-Qrati ta’ Malta u s-Sur Frans Borg, Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow