STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Twegiba ghall-Kummenti ta' Dott Muscat waqt il-Mass Meeting tal-lum il-Hadd 17 ta' Frar 2013
Kuntrarju għal dak li qal Dott Muscat fil-Mass Meeting tal-lejla, u kif spjegat fl-artiklu li deher fil-ġurnal tas-Sunday Times, kif ukoll l-istqarrija kmieni wara nofsinhar llum mill-Ministeru tal-Finanzi, l-informazzjoni li wasslet għand il-Ministeru minn sorsi uffiċjali ma kinitx tirreferi għal xi att ta’ korruzzjoni imma kienet dwar nuqqas ta' dikjarazzjoni korretta tad-dħul.
Fid-dawl tal-kummenti bla bażi ta’ Dott Muscat, il-Ministeru għal darb’oħra jerga' jiċċara:
1. F’Awwissu 2011, il-Ministeru kien irċieva informazzjoni dwar nuqqas ta' dikjarazzjoni koretta tad-dħul mill-kumpanija Aikon Limited. Din l-informazzjoni b’ebda mod ma kienet marbuta ma’ xi att ta’ korruzzjoni.
2. Il-Ministru għadda din l-informazzjoni immedjatament lit-Tax Compliance Unit biex tiġi investigata.
3. L-azzjonist u direttur ta’ Aikon Limited irrizulta li kienet kumpanija fiduċjarja bl-isem ta’ Intershore Fiduciary Services Limited u ghalhekk, minn l-informazzjoni mghoddija lill-Ministeru, ma setghet issir ebda konnessjoni mas-Sur George Farrugia, il-persuna li qed tissemma' fil-kaz b'rabta mal-commissions marbuta max-xiri taz-zejt jew ma' kwalunkwe persuna ohra.
B’referenza għall-allegazzjonijiet li saru mill-MaltaToday u li ġew ripetuti minn Dott Muscat, fejn ġie allegat li nghataw nghataw xi rigali u saru transazzjonijiet finanzjarji jew pagamenti lil terzi persuni, il-Ministeru jiċħad kategorikament li kien hemm xi forma ta’ referenza jew indikazzjoni ta' dan fl-informazzjoni mgħoddija lilu u li għadda lill-awtoritajiet tat-taxxa.
Dan juri kif kull attentat tal-Oppozizzjoni li torbot din l-investigazzjoni tat-taxxa mal-allegazzjonijiet marbuta max-xiri taż-żejt huma infondati u qed iservu biss biex iħawdu l-imħuħ.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en