Left arrow Mur Lura

INAWGURAT THE FORTRESS BUILDERS, ĊENTRU GĦALL-INTERPRETAZZJONI TAL-FORTIFIKAZZJONIJIET

pr0247
Date Icon 16/02/2013

Open Day għada l-Ħadd 17 ta’ Frar

Ilejla l-Prim Ministru Lawrence Gonzi inawgura The Fortress Builders, l-ewwel ċentru għall-interpretazzjoni tal-fortifikazzjonijiet f’pajjiżna. Dan ix-xogħol sar mid-Direttorat tar-Restawr, fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali taħt it-tmexxija tal-Ministru George Pullicino. 

Il-binja magħżula sabiex fiha jsir dan iċ-Ċentru għall-Interpretazzjoni tal-Fortifikazzjonijiet tmur lura għas-seklu 16 u tinsab ħdejn it-taraġ magħrufa bħala ta’ Biagio li jgħaqqad lil Triq San Mark  ma Triq Melita fil-Belt Valletta.  L-għan ta’ dan iċ-ċentru mhux biss biex juri x’patrimonju għandu pajjiżna iżda sabiex b’mod interattiv, jeduka u jgħallimna aktar dwar l-istorja u l-importanza tal-fortifikazzjonijiet. Dan se jseħħ billi ċ-ċentru hu mgħammar ukoll b’teatru audio-viżiv, librerija, kif ukoll spazju għal workshops flimkien ma’ numru ta’ mudelli statiċi ta’ fortifikazzjonijiet kif ukoll numru ta’ esebizzjonijiet interattivi bl-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

Għalhekk dan iċ-ċentru jmur lilhinn milli jiglorifika s-swar bħala bini li serva għal perijodu ta’ gwerrer u ġlied, iżda jesebixxi s-swar bħala bini kreattiv u juri wkoll l-inġinerija u l-arkitettura inġenjuża ta’ dan il-bini. Dan iċ-ċentru informattiv dwar il-fortifikazzjonijiet qed iseħħ b’investiment aktar minn €2 miljun, b’ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ta’ 85%.

Fl-okkażjoni tal-ftuħ taċ-Ċentru għall-Interpretazzjoni tal-Fortifikazzjonijiet nġiebu f’Malta d-disinji oriġinali tal-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta mil-pinna tal-arkitett u inġinier militari  Francesco Laparelli li kien intbagħad mill-Papa Piju V, biex jgħin lil Gran Mastru De Vallette jiddisinja u jibni l-Belt il-ġdida ta’ Malta. Dawn id-disinji oriġinali jmorru lura lejn l-aħħar tas-sena 1565.

Il-pubbliku se jkollu l-opportunità li jara dawn id-disinji ta’ Laparelli flimkien mal-kumplament taċ-ċentru, waqt Open Day li ser titella’ għada l-Ħadd 17 ta’ Frar mill-10am sas-7pm. Iċ-ċentru mit-Tnejn li ġej se jkun miftuħ għall-pubbliku bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mill-10am sat-3.30pm. Id-dħul huwa b’xejn.

Il-pjanti tal-arkitett Laparelli se jibqgħu għall-wiri f’pajjiżna sas-17 ta’ Mejju 2013, fejn wara jerġgħu jittieħdu lejn Cortona fl-Italja fejn jinsabu esebiti b’mod permanenti fil-mużew ta’ Cortona fl-Italja, il-Belt li fiha trabba u għex Francesco Laparelli.

Matul il-ġimgħa d-dieħla wkoll se jsiru numru ta’ taħdidiet b’temi differenti ġewwa ċ-ċentru fejn il-Publiku jista’ jattendi. Biex wieħed jirreġistra l-attentendenza tiegħu għandu jibgħat email fuq fic.mrra@gov.mt jew iċempel fuq 21228591/3. Id-Dħul għat-taħdidiet huma bla ħlas. 



It-Tnejn 18 ta’ Frar

5.30 pm: L-użu tal-injam fil-binjiet ta' difiża militari: ħarsa dwar pont li jintrefa' kkonservat minn Josef Aquilina



It-Tlieta 19 ta’ Frar

5.30 pm: Il-Castello ta’ Għawdex – ħarsa ġenerali lejn l-għan difensiv u l-binja tiegħu minn Godwin Vella



L-Erbgħa 20 ta’ Frar

4.30 pm: Il-Forti ta’  Tigné -  lunette d’Arçon minn Stephen C. Spiteri

5.30 pm: L-Iskavar tal-Belt Valletta minn Edward Said



Il-Ħamis 21 ta’ Frar

5.30 pm: Il-Forti Sant’ Angelo u r-restawr tiegħu minn Matthew Balzan



Il-Ġimgħa 22 ta’ Frar

4.30 pm: L-Imħażen tal-Porvli tal-Kavallieri  minn Stephen C. Spiteri

5.30 pm: Il-Kontribut tal-Inġiniera Rjali lill-arkitettura u l-infrastruttura ta’ Malta minn Robert Vella

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow