Left arrow Go Back

JINBEDA X-XOGĦOL FUQ IR-REPLIKA TAL-ARK TA' WIGNACOURT

pr0245
Date Icon 15/02/2013

Wara 70 sena li tkisser mill-Militar Ingliż, issa li nġiebu l-permessi mill-MEPA, se jinbeda x-xogħol biex tinbena replika tal-Ark ta' Wignacourt. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino u mill-Kap Ezekuttiv tal-Bank of Valletta Charles Borg.

Il-Minisru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino qal li l-ark se sservi ta’ monument lill-Gran Mastru Alof de Wignacourt li xpruna u ħallas biex jinbena l-Akwedott u jitwassal l-ilma mir-Rabat ghal Belt Valletta fl-1615.  L-Ark jagħti ġieħ wkoll lil Bontadini de Bontadini l-inginier tal-proġett u is-600 Malti li ħadmu fuq l-10 mili ta' l-akwedott għal 5 snin sħaħ. Proġett li biddel il-qafas soċjali u kummerċjali ta' pajjizna.

Il-Ministru Pullicino qal li bil-bini mill-ġdid ta’ dan l-ark se nkunu kompjena l-proġett tar-restawr li sar fuq il-mixja tal-ilma fi żmien l-ordni ta’ San Ġwann mir-Rabat sal-Belt. “Bdejna billi rrestawrajna l-funtana tas-Saqajja fir-Rabat minn fejn kien jibda l-ilma u ftit tas-snin ilu kien sar ir-restawr tal-akwadott. Dawn il-proġetti żgħar fil-qalba tal-komunità huma mportanti għax ikomplu jagħtu sens ta’ identità liz-zona.” Il-Ministru Pullicino fakkar kif f’din il-leġiżlatura flimkien mal-akbar proġett ta’ restawr tas-Swar saru 60 proġett ta’ restawr fl-irħula u l-ibliet fosthom 15-il kapella u 30 proġett ta’ restawr fil-Belt Valletta.

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech qal li din “hija aħbar tajba mhux biss lir-residenti ta’ dawn l-inħawi, iżda għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-kultura u l-istorja Maltija. Dan se jsir b’investiment ta’ 280,000 ewro, finanzjati mill-Bank of Valletta u mill-Gvern, inkluż permess tal-Fond għall-Kawzi Gusti. “Din hija xhieda tal-impenn b’saħħtu tal-Gvern favur it-tisħiħ tal-wirt storiku ta’ pajjiżna”. Huwa żieda jgħid li l-aħħar 5 snin rajna investiment bla preċedent, fil-wirt ta’ pajjiżna. Lista li ma tispiċċa qatt, li tibda minn proġetti viżibbli fuq skala akbar, bħal proġett tas-swar tal-Belt, ir-restawr ta’ diversi fortifikazzjonijiet, iżda anke numru ta’ proġetti iżgħar, u lokali, li pero jkomplu jsebbħu d-dehra tal-lokalitajiet tagħna barra li jagħmlu minn pajjiżna dejjem aktar attraenti għall-barranin li jżuruna. Din l-arkata tinsab proprju f’punt importanti fuq ir-rotot għal diversi direzzjonijiet f’Malta u għalhekk se tkompli ssaħħaħ ir-rikkezza ta’ pajjiżna. Qrib ta’ din iż-żona umru ta’ proġetti li sebbħu ż-żoni tal-madwar, fosthom il-ġnien tal-istazzjon ta’ Birkirkara, tisbiħ tal-ħitan tas-sejjieħ fl-Iklin, l-Akwedott u tisbiħ ta’ numru ta’ kappelli fil-madwar.

Il-Kap Eżekuttiv tal-BOV Charles Borg qal: “Il-Bank huwa kburi li qed ikun assoċjat ma’ riżultat li se jsebbaħ iż-żona li jopera minnu. Aħna napprezzaw is-simboliżmu ta’ din l-ark li kienet parti mill-akwedott, li ppermetta lill-popolazzjoni tal-Belt Valletta biex tiffjorixxi permezz tal-provvista tal-ilma. Bl-istess mod, il-Bank jgħin lill-konsumaturi tagħna jiffjorixxu billi jipprovdilhom il-mezzi biex iwettqu l-ħolm tagħhom, kemm jekk personali jew għan-negozju.

Il-Bank jemmen li għandu jaħdem mill-qrib mal-komunità fuq kull livell – għaliex huma n-nies li jiffurmaw il-komunità li hija l-pedament tal-Bank. Kull kumpaniji ewlenija għandha impatt fuq iż-żona ta’ madwarha u aħna nemmnu li r-responsabbiltà korporattiva soċjali tagħna hi li nnaqqsu dak l-impatt kemm jista’ jkun, u li npattu għalih permezz ta’ proġetti pożittivi bħal dan."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow