IL-MINISTRU CRISTINA ATTENDIET GĦALL-KUNSILL EWROPEW DWAR L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ, KULTURA U SPORT
Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina illum attendiet għal laqgħa tal-Kunsill tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sports, fi Brussell. Il-Ministri Ewropej iddiskutew l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll kif l-Ewropa għandha tinvesti fil-ħiliet għal ekonomija aħjar u soċjeta aktar b’saħħitha fl-ambitu ta’ l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013.
Fid-diskussjoni l-Ministri Ewopej qablu li jkomplu jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni formali lejn id-dinja tax-xogħol, billi jiżdied l-investiment, u tkompli titkattar ir-rata ta’ żgħażagħ li jkomplu jistudjaw wara l-edukazzjoni obbligatorja. Il-Ministri saħqu fuq l-importanza li nsaħħu r-rabta bejn l-edukazzjoni u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol billi niżviluppaw il-ħiliet tal-impjieg u ħiliet imprenditorjali.
Waqt din il-laqgħa il-Ministru Dolores Cristina enfasizzat dwar kif minkejja il-kriżi ekonmika internazzjonali il-Gvern Malti investa bil-kbir fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ u llum, minkejja li r-rati ta’ qgħad f’diversi pajjiżi fl-UE huma għolja ħafna, f’Malta għandna waħda mill-inqas rati ta’ qgħad fl-Ewropa, inkluż il-qgħad fost iż-żgħażagħ. Il-Ministru Cristina iffukat fuq diversi inizjattivi tal-Gvern f’dan il qasam, b’mod partikolari l-iskemi ta’ apprentistat fejn studenti jattendu għat-tagħlim filwaqt li jieħdu taħriġ prattiku fejn studji juru li 70% taż-żgħażagħ li jieħdu sehem fl-apprentistat isibu mpjieg mal-istess kumpaniji li jkunu qed joffrulhom it-taħriġ.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en