Left arrow Go Back

STOCKS TAL-GVERN TA’ MALTA B’RATA TA’ MGĦAX FISSA

pr0241
Date Icon 15/02/2013

L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €120,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €80,000,000 kif ġej:-

(i) 3% Stock tal-Gvern ta' Malta 2019 (III), u

(ii) 4.5% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (II), jew

(iii) f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ Euro120,000,000.

L-applikazzjonijiet jiftħu it-Tnejn 25 ta’ Frar, 2013 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General :

• fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa 27 ta’ Frar, 2013 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux Euro100,000 kull persuna, u

• f’nofsinhar tal-Ġimgħa 1 ta’ Marzu, 2013 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant.

Il-prezz għal kull Stock imsemmi f’ (i) u (ii), li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis il-21 ta’ Frar, 2013.  Il-prezz ta’ kull stock jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor mill-Ġimgħa it-22 ta’ Frar, 2013 .

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett li jista’ jitniżżel minn fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt) mil-Ġimgħa 15 ta’ Frar, 2013.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow