Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL- ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA` FL-OKKAŻJONI TAL-IFFIRMAR TA` FTEHIM DWAR IL-PROFESSJONISTI MAGĦRUFA BĦALA ALLIED HEALTH CARE PROFESSIONALS FIL-QASAM TAS-SAĦĦA – IL-ĦAMIS, 14 TA` FRAR 2013

pr0239
Date Icon 15/02/2013

Illum qegħdin niffirmaw ftehim li ser jiftaħ triq ta żvilupp għal professjonisti kollha fil-qasam tas-saħħa, li jaħdmu id f’id mat-tobba u l-infermiera fis-sistema tas-saħħa ta pajjiżna. 

Fil-passat konna nirreferu għal dawn il professjonisti bħala paramedics - illum jissejħu kolletivament bħala Allied Health Professions.

Dawn huma professjonisti li għandhom rwol essenzjali f’kull sistema tas-saħħa moderna. 

Pajjiżna għaraf dan u tul l-aħħar ftit snin giet mnedija ligi, il-Health professions Act li tagħraf speċifikament lil dawn il-professjonisti kolletivament bħala professjonisti kumplimentari għal Medicina. Gie ukoll stabbilit Direttoratt għal Allied Health Professions , fi ħdan il Ministeru tas-saħħa, Anzjani u Kura fil-Kommunita. Insellem u nirringrazzja lil Ms  Joanna Chetcuti, Direttur tal-Allied Health tal-kontribut siewi tagħha lejn ir-rikonoxximent u l-iżvillup ta` dawn il-professjonijiet f’pajjiżna.

B’dan il-ftehim, il-professjonisti ser jingħataw diversi opportunitajiet ta` żvilupp fis-settur tas-saħħa. Bis-saħħa ta` introduzzjoni ta` sistema ta assessjar ta’ kompetenzi (Competency framework assessment and evaluation) tul it-triq ta` promozzjoni tal-professjonist fis-sistema tas-saħħa,  dan il-ftehim ser jagħti l-opportunita biex kull professjonist jibqa fuq it-triq ta` taħriġ u żvilupp kontinwu, tul il-karriera tiegħu.

Din l-opportunita għandha tissarraf f’vantaġġi għal kull professjonist, għax issa, t-taħriġ u l-iżvilupp tal–individwu ser jkun rikonnoxxut dejjem; kemm fil kuntest  kliniku u anki fil kuntest maniġerjali jew amminstratitiv.

Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim illum qegħdin ukoll insaħħu u nkattru l-iżvilupp ta promozzjoni u rwoli kliniċi f’setturi specifiki tas-saħħa (specialist routes). Qegħdin ngħixu f’dinja fejn il- karatteristika ewlenija hija l-innovazzjoni u l-izvilupp kontinwu. Il-professjonisti  tas-saħħa illum għandhom bżonn jiffokaw fuq rwoli u kuntesti kliniċi speċifiċi. Dan il-ftehim jagħraf dan b’mod konkret, u joffri pedament li fuqu l-Allied Health professionals issa ser jkunu jistgħu jkomplu itejjbu u javvanzaw fil-karrieri tagħhom, u fil-konrtibut tagħhom lejn il-kura tal- pazjenti li jservu.

Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim, is-servizzi li jingħataw minn dawn il-professjonisti se jkunu aċċessibbli tul perjodi itwal fil-ġranet matul il-ġimgħa. Illum qegħdin niftehmu li permezz ta’ numru ta’ sezzjonijiet addizzjonali dawn il-professjonisti se jirrikorru għax-xogħol f’ħinijiet li allura, sa issa ma kienux prevalenti fis-sistema tas-saħħa f’pajjiżna. B’hekk nistgħu ngħamlu qabża ta’ kwalita fis-servizzi tas-saħħa, li permezz tagħha il-pazjent se jkun jista’ jaċċessa dawn is-servizzi f’inqas ħin ta’ stennija.

Minn dan kollu, bħall f’kull inizjattivi u ftehim li għamilna, l-aktar li se jgawdi hu propju il-pazjent.

Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil unions, lil PACBU (Public Administration Collective Bargaining Unit) u lil uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa tal-kontribut u xogħol siewi tagħhom.

Nirringrazja lill-professjonisti kollha tal-ħidma li jwettqu mall-pazjent. 

Nawguralhom ukoll fl-iżvilupp tal-professjoni tagħhom.

Grazzi

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow