JINĠIEBU F’MALTA D-DISINJI ORIĠINALI TAL-FORTIFIKAZZJONIJIET TAL-BELT VALLETTA TA’ FRANCESCO LAPARELLI
Fl-okkażjoni tal-ftuħ taċ-Ċentru għall-Interpretazzjoni tal-Fortifikazzjonijiet li se jsir is-Sibt li ġej 16 ta’ Frar, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ħabbar li nġiebu f’Malta d-disinji oriġinali tal-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta mil-pinna tal-arkitett u inġinier militari Francesco Laparelli li kien intbagħad mill-Papa Piju V, biex jgħin lil Gran Mastru De Vallette jiddisinja u jibni l-Belt il-ġdida ta’ Malta. Dawn id-disinji oriġinali jmorru lura lejn l-aħħar tas- 1565.
Il-pubbliku se jkollu l-opportunità li jara dawn id-disinji ta’ Laparelli waqt Open Day li ser titella’ l-Ħadd 17 ta’ Frar mill-10am sas-7pm, fiċ-Ċentru għall-Interpretazzjoni tal-Fortifikazzjonijiet li jinsab fil-binja magħrufa bħala Biaggio Steps fi Triq San Mark fil-belt Valletta. Iċ-Ċentru mit-Tnejn li ġej se jkun miftuħ għall-pubbliku bejn l-10am u t-3.30pm. Id-dħul huwa b’xejn.
Il-pjanti tal-arkitett Laparelli se jibqgħu għall-wiri f’pajjiżna sa Mejju 2013, fejn wara jerġgħu jittieħdu lejn Cortona fl-Italja fejn jinsabu esebiti b’mod permanenti fil-mużew ta’ Cortona fl-Italja, il-Belt li trabba u għex fiha Francesco Laparelli.
Matul il-ġimgħa d-dieħla se jsiru numru ta’ taħdidiet kif ġej:
It-Tnejn 18 ta’ Frar
5.30 pm - L-użu tal-injam fil-binjiet ta' difiża militari: ħarsa dwar pont li jintrefa' kkonservat minn Josef Aquilina
It-Tlieta 19 ta’ Frar
5.30 pm: Il-Castello ta’ Għawdex – ħarsa ġenerali lejn l-għan difensiv u l-binja tiegħu minn Godwin Vella
L-Erbgħa 20 ta’ Frar
4.30 pm: Il-Forti ta’ Tigné - lunette d’Arçon minn Stephen C. Spiteri
5.30 pm: L-Iskavar tal-Belt Valletta minn Edward Said
Il-Ħamis 21 ta’ Frar
5.30 pm: Il-Forti Sant’ Angelo u r-restawr tiegħu minn Matthew Balzan
Il-Ġimgħa 22 ta’ Frar
4.30 pm: L-Imħażen tal-Porvli tal-Kavallieri minn Stephen C. Spiteri
5.30 pm: Il-Kontribut tal-Inġiniera Rjali lill-arkitettura u l-infrastruttura ta’ Malta minn Robert Vella
Biex wieħed jirreserva post għandu jibgħat email lil fic.mrra@gov.mt jew iċempel 21228591/3.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en