IMNIEDI L-QAFAS TAL-KURRIKULU NAZZJONALI
Fis-sala tal-iskola Primarja ta’ Pembroke fil-Kulleġġ Santa Klara, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina nidiet il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali l-ġdid.
Id-Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni Grace Grima għamlet preżentazzjoni li fiha spjegat fid-dettal il-proċess tat-tfassil ta’ dan id-dokument, il-proċess ta’ konsultazzjoni twil li sar wara t-tħabbir tal-ewwel abbozz kif ukoll il-kontenut tad-dokument finali.
Il-membri tal-Grupp ta’ Ħidma li fasslu d-dokument finali ikkummentaw dwar il-kontenut ta’ dan id-dokument filwaqt li James Calleja, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol għamel diskors dwar ir-responsabbiltajiet tad-diversi stakeholders li jridu jimplimentaw dan il-Kurrikulu.
Preżenti għal din it-tnedija kien hemm is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli, l-Assistent Parlamentari Stephen Spiteri, il-kelliem Laburista għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo u tal-Alternattiva Demokratika, Mario Mallia, Diretturi Ġenerali, Diretturi tal-Edukazzjoni u l-kapijiet tal-iskejjel kollha tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en