F’5 SNIN IL-GVERN JGĦIN B’IKTAR MINN €1.7 MILJUN LIL 3 NGOS F’GĦAWDEX LI JAĦDMU FIL-QASAM SOĊJALI
Matul din il-leġiżlatura weħidha l-Gvern għen lil tliet għaqdiet mhux governattivi Għawdxin li jaħdmu fil-qasam soċjali b’iktar minn €1.7 miljun f’għajnuna finanzjarja diretta biex dawn ikomplu jwettqu l-ħidma tagħhom fil-qasam soċjali f’Għawdex.
Dan qalu l-Onor. Chris Said, Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni meta kien qiegħed jippreżenta għajnuna finanzjarja lil Fondazzjoni Arka, Dar Ġużeppa Debono u Fondazzjoni OASI waqt żjara li huwa għamel f’Dar Arka, f’Għajnsielem.
Il-Ministru Said spjega kif din l-għajnuna, li tingħata mill-Fond għall-Għaqdiet Mhux Governattivi (NGO Fund), hi intiża li tgħin lill-għaqdiet li jaħdmu fil-qasam soċjali fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Fl-aħħar ħames snin, minn dan il-fond, l-għaqdiet mhux governattivi ta’ Malta u Għawdex ingħataw bi €11.7 miljun.
Filwaqt illi rringrazzja lill-għaqdiet kollha ta’ pajjiżna għas-servizz mill-iktar utli li qed jagħtu, huwa fisser kif matul din il-leġiżlatura l-Gvern kompla jgħin lill-għaqdiet mhux governattivi b’diversi modi, inkluż billi żied l-għajnuna finanzjarja mogħtija minn dan il-fond minn €1.9 miljun fl-2008 għal €3.1 miljun fl-2012, bil-Gvern irid iżid l-allokazzjoni għall-għaqdiet għal din is-sena għal €4 miljun. Dan għaliex, spjega l-Ministru Said, il-pajjiż kompla joħloq ix-xogħol u jiġġenera l-ġid.
Dar Arka, li titmexxa minn Fondazzjoni Arka, ġiet inawgurata fit-3 ta’ Diċembru 2000 bil-għan li tipprovdi servizzi terapewtiċi u ta’ respite, inkluż residenza fit-tul, għal persuni b’diżabilita’. Il-Gvern jikkontribwixxi finanzjarjament biex numru ta’ persuni b’diżabilita’ jgħixu b’mod permanenti f’din id-dar u għalhekk ikollhom faċilitajiet -bħal pool terapewtika, gym għal persuni b’diżabilita’, u anke multi-sensory room- kif ukoll min jieħu ħsiebhom meta membri tal-familja tagħhom ma jkunux jistgħu jieħdu ħsiebhom. L-għajnuna tal-Gvern tkopri wkoll il-ħlas għal ħaddiema professjonali li jagħtu s-servizz tagħhom hawnhekk. Bħalissa f’din id-dar qed jgħixu 18-il persuna b’diżabilita’, u b’mod regolari ħafna din id-dar toffri s-servizzi tagħha lil persuni b’diżabilita’ minn Malta u minn pajjiżi barranin.
L-organizzazzjoni filantropika Fondazzjoni OASI twaqqfet fl-1991 bil-għan li tipprovdi servizzi fil-qasam tal-Edukazzjoni Preventiva, fl-Intervent Immedjat u fil-Kura u Rijabilitazzjoni mid-droga, alkoħol u dipendenzi oħra. Permezz ta’ dawn it-tlett servizzi l-OASI tilħaq ’il fuq minn 85,000 persuna fis-sena bejn tfal studenti, żgħażagħ, adulti u familji. L-OASI hija l-aktar magħrufa għall-ispeċjalizzazzjoni tagħha fil-qasam tal-Kura u Rijabilitazzjoni fejn madwar 1,000 persuna fis-sena bejn pazjenti u membri tal-familja tagħhom jagħmlu użu kontinwu mill-programm intensiv ta’ kura u terapija ta’ sapport. Il-Gvern preżenti huwa ta’ sostenn kbir f’dan ir-rigward permezz ta’ għajnuna
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en