Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-GVERN

pr0219
Date Icon 13/02/2013

Kuntrarju tal-Oppożizzjoni Laburista, il-Gvern iħalli l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jinvestigaw kull allegazzjoni li ssir u biex min hu responsabbli jinqabad u jħallas ta’ għemilu.  Mill-banda l-oħra, l-Oppożizzjoni jew tipprova tfixkel l-investigazzjonijiet b’dikjarazzjonijiet li tagħmel jew inkella tipprova tinfluwenza lill-Pulizija biex ma jieħdux passi, kif ġie żvelat f’recording tad-deputat mexxej Laburista Dr Toni Abela.

Il-pożizzjoni tal-Gvern dejjem kienet ċara:  ma hemmx kompromessi ma’ min iwettaq irregolaritajiet jew atti ta’ korruzzjoni.  Għalhekk il-kabinett iddeċieda li jagħti proklama biex jiġu investigati l-allegazzjonijiet li saru dwar ix-xiri ta’ fuel, u biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa fil-Qorti.  Għall-Gvern, min ikun responsabbli ta’ korruzzjoni ma hemmx rispetti miegħu, hu min hu.

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kull meta wasltilu xi informazzjoni dwar allegazzjonijiet li kienu qed isiru, dejjem għaddiha lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga. 

L-Oppożizzjoni ġiet mitluba diversi drabi biex jekk għandha xi informazzjoni tmur għand il-Pulizija u ma tipproteġi lil ħadd, madanakollu l-Oppożizzjoni tippreferi li tagħmel allegazzjonijiet għal skopjiet partiġġjani u flok tgħin, tipprova tfixkel lill-Pulizija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow