Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr0216
Date Icon 13/02/2013

Finanzjament sostanzjali mill-UE għall-pipeline tal-gass

Dak li qal Dott. Muscat, li l-ispiża tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ser tkun ta’ €700 miljun u għalhekk il-finanzjament mill-UE ser ikun ta’ anqas minn 10% hu għal kollox żbaljat.

L-investiment meħtieġ għal pipeline ta’ 150 kilometru ta' diametru ta' 25" hu ta’ €290 miljun. Dan joħroġ ċar mill-proposta teknika li ġiet maħruġa bħala brief għat-tender tal-feasability study li jrid jiġi sottomess lill-Kummissjoni Ewropea. F’rapport ieħor ippubblikat, li sar mill-konsulenti IPA, jirriżulta li għall-importazzjoni tal-gass minn Sqallija  hu meħtieġ pipeline ta’ diametru ta' 18” u joħorgu biċ-ċifra ta’ €230 miljun u li jfisser li l-finanzjament tal-EU jitla għal kważi 30% u li hi somma sostanzjali.

Dott. Muscat mhux biss qed iħawwad intenzjonalment iċ-ċifri u jipprova jidħaq bin-nies imma jibqa' jaħrab milli jispjega għaliex fil-programm elettorali li ħareġ ma semma xejn dwar il-prezz fiss għal 10 snin u li l-proġett isir f’sentejn. Dawn sparixxew mill-programm elettorali.

B’negozjati li għamel il-Prim Ministru Lawrence Gonzi Malta u Għawdex ser ikunu qed jibbenefikaw minn €1,128 miljun f’fondi Ewropej, li minnhom €63 miljun ġew allokati għall-progett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija. Dan il-proġett kif jikkonfermaw l-istess konsulenti imqabbda mil-Labour Party ta' gass bil-pipeline jagħti lil pajjiżna aktar enerġija irħisa mill-proposta tal-Labour Party. Bil-proġett ta’ Dott. Muscat il-kontijiet jogħlew b’5%.

Dan jikkonferma l-għaqal tal-Gvern li jmur għal din is-soluzzjoni, deċiżjoni li hi kkonfermata anke mill-istudju tad-DNV Kema għall-Partit Laburista li turi li s-soluzzjoni ta’ gas pipeline – minkejja li tali studju ma ħax in konsiderazzjoni l-possibbiltà ta’ finanzjament Ewropew -  xorta waħda hija orħos mill-proposta tal-Partit Laburista li ġġib il-gass bil-vapuri u tpoġġihom f’tankijiet enormi u perikolużi qrib l-istess impjant tal-power station.

 Il-poplu għadu jistenna tweġiba għal numru ta’ mistoqsijiet li qed isiru fuq il-proposta tal-energija tal-Partit Laburista.

1.  Iċ-ċifri mogħtija mill-konsulenti tal-Labour stess juru li l-proposta tal-gvern (pipeline tal-gass) hija orħos minn tal-Partit Laburista. Muscat għadu qatt ma pprovda xi evidenza li turi l-kuntrarju.

2.   Il-proposta ta’ Dott Muscat u Konrad Mizzi tħalli barra numru ta’ spejjeż kapitali. Il-Partit Laburista qed jaħbi €250 miljun. Studju tal-KPMG juru li l-proposta Laburista se żżid il-kontijiet b’5%.

3.    Dott Muscat u Konrad Mizzi qatt ma ppreżentaw il-costings tal-proposta tal-Labour biex iwieġbu dawn il-mistoqsijiet. 

4.    Għadhom ma sabux kuntratt (Power Purchase Agreement) li jipprovdi prezz fiss ta’ 10 snin.

5.    Għadha ma ngħatat ebda tweġiba għall-fatt li t-timeframes tal-proposta tal-Partit Laburista mhumiex fattibbli  - u li ebda kumpanija privata m’hu se ttih ‘rigal’ bil-quddiem biex bihom iraħħas il-kontijiet. Mhux ta’ b’xejn li dan ma jibqax jissemma fil-Programm Elettorali.

Il-proposta tal-Partit Laburista tfisser kontijiet aktar għoljin għall-familji, negozju u industrija. Il-fattibilità tal-progett tal-gvern ġie kkonfermat bid-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li propju tiffinanzja parti mill-pipeline tal-gass, pass importanti biex dan il-progett isir realtà u jitwettaq għal pajjiżna kif propost.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow