ID-DIFFIKULTAJIET FINANZJARJI FL-EWROPA FL-AGENDA TAL-EUROGROUP
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u l-laqgħa tal-Grupp tal-Ewro (Eurogroup). Huwa jinsab akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru -Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri.
Waqt il-laqgħa tal-Grupp tal-Ewro fost it-temi fuq l-aġenda se tkun diskussa l-qagħda finanzjarja prekarja ta’ Ċipru, fejn il-pajjizi taz-zona tal-ewro qed ifittxu soluzzjonijiet għall-kriżi kbira li sab ruħu fiha dan il-pajjiż Mediterranju.
Fl-ECOFIN, It-tisħiħ tal-istabbilità ekonomika u finanzjarja fl-Unjoni Ewropea se jibqa’ parti important tal-aġenda b’diskussjoni dwar l-Alert Mechanism Report għall-2013 u r-Rapport dwar is-Sostenibbilità Fiskali tal-2012. Se ssir ukoll diskussjoni dwar il-laqgħa tal-G20 tal-Ministri tal-Finanzi li se ssir f’Moska, fir-Russja, aktar tard din il-ġimgħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en