Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr0204
Date Icon 11/02/2013

Dott. Muscat jibqa’ jiżbalja

Il-kunċett ta’ Bord tar-Residenti fid-Djar tal-Anzjani, li Dott. Muscat qal li jrid idaħħal diġà jitħaddem. Hu ċar li Dott. Muscat qed jgħid li jrid iwettaq affarijiet li diġà qed jitwettqu. 

L-idea ta’ anzjani involuti fit-tmexxija tar-residenza diġà qed titħaddem fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Fl-istess Residenza mhux biss jeżisti dan il-bord imma hemm ukoll bord għall-qraba tar-residenti.

F’uħud mid-djar tal-anzjani jsiru wkoll laqgħat fejn ir-residenti jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom lit-tmexxija. 

Din mhix l-ewwel darba li Dott. Muscat qal li jrid jagħmel affarijiet li diġà jeżistu. Il-ġimgħa li għaddiet qal li jrid li l-anzjani jkollhom il-mediċina mwassla d-dar meta fil-fatt bil-homehelp, dan is-servizz diġà jingħata.  Qal li jrid li l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu meta fil-fatt illum diġà hawn 11,000 anzjan u anzjana li diġà qed jaħdmu u jieħdu paga u pensjoni sħiħa.

Qal li jrid jagħmel liġi dwar is-saħħa mentali meta fil-fatt din għaddiet mill-Parlament.

Dott. Muscat qed jgħid li se jdaħħal fis-seħħ inizjattivi li diġà daħlu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow