STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
Dott. Muscat jibqa’ jiżbalja
Il-kunċett ta’ Bord tar-Residenti fid-Djar tal-Anzjani, li Dott. Muscat qal li jrid idaħħal diġà jitħaddem. Hu ċar li Dott. Muscat qed jgħid li jrid iwettaq affarijiet li diġà qed jitwettqu.
L-idea ta’ anzjani involuti fit-tmexxija tar-residenza diġà qed titħaddem fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Fl-istess Residenza mhux biss jeżisti dan il-bord imma hemm ukoll bord għall-qraba tar-residenti.
F’uħud mid-djar tal-anzjani jsiru wkoll laqgħat fejn ir-residenti jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom lit-tmexxija.
Din mhix l-ewwel darba li Dott. Muscat qal li jrid jagħmel affarijiet li diġà jeżistu. Il-ġimgħa li għaddiet qal li jrid li l-anzjani jkollhom il-mediċina mwassla d-dar meta fil-fatt bil-homehelp, dan is-servizz diġà jingħata. Qal li jrid li l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu meta fil-fatt illum diġà hawn 11,000 anzjan u anzjana li diġà qed jaħdmu u jieħdu paga u pensjoni sħiħa.
Qal li jrid jagħmel liġi dwar is-saħħa mentali meta fil-fatt din għaddiet mill-Parlament.
Dott. Muscat qed jgħid li se jdaħħal fis-seħħ inizjattivi li diġà daħlu.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en