Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr0200
Date Icon 11/02/2013

Risposta għall-konferenza ta’ Dott. Muscat

Dott. Muscat qed jipprova jbiegħ l-idea li l-anzjani li jibqgħu jaħdmu wara l-età tal-irtirar, jekk ikun fil-gvern, ma jitilfux il-pensjoni meta din diġà tinsab fis-seħħ. Illum iktar minn 11,000 anzjan baqgħu jaħdmu u qed igawdu minn pensjoni u paga sħiħa.

Dott. Muscat qed jgħid li jrid li ċ-ċentri ta’ matul il-jum għandhom jinbidlu f’ċentri ta’ tagħlim.  Illum hawn 21 ċentru tal-anzjani li fihom jattendu 2,000 anzjan u anzjana u li diġà joffru tagħlim matul il-ħajja għall-anzjani. Fost l-oħrajn jingħataw korsijiet tal-kompjuters u f’suġġetti differenti u jsiru għadd ta’ taħdidiet dwar is-saħħa u temi ġenerali. Mal-2,000 anzjan jużaw dan is-servizz.

L-anzjani jattendu wkoll il-korsijiet organizzati mill-Università tat-Tielet Età, id-Dipartiment tat-Tagħlim tul il-Ħajja kif ukoll korsijiet tal-kompjuters organizzati mill-MCA.

Permezz tad-Direttorat tal-Istandards fir-rigward tas-saħħa għall-Anzjani, il-Gvern iħares il-kwalità tal-kura fir-residenzi għall-anzjani, l-illiċenzjar u standards kemm fid-djar li jaqgħu taħtu kif ukoll fil-privat.

Il-Gvern neħħa l-VAT fuq servizzi ta’ private nursing, filwaqt li l-Gvern joffri servizz ta’ home help li fost l-oħrajn iwasslu l-mediċini fid-djar tagħhom lill-anzjani.

Dan il-Gvern naqqas ukoll l-income tax għall-anzjani u lill-qraba li jħallsu biex anzjani jmorru f’Dar tal-Anzjani privata.

Il-Gvern qed joffri wkoll servizz ta’ respite u kif inhu mwiegħed fil-programm elettorali dan se jkompli jsaħħaħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow