IL-GVERN JINVESTI FI GRAWND GDID TAR-RUGBY
- Il-Gvern se jaghti lir-Rugby pakkett finanzjarju li jammonta ghal madwar €7.5 miljun.
- Aktar min miljun ewro biex jigi zviluppat stadium gdid tar-Rugby: L-MRFU inghataw art f’Ghajn Dwieli, b’valur kummercjali ta’ €650,000 u €500,000 ohra biex jizviluppawha.
- L-MRFU inghataw ukoll l-uzu ta’ 3 pitches fil-Marsa ghat-tahrig u l-loghob tar-Rugby flimkien ma facilitajiet ancillari fosthom showers, changing rooms u kwartieri amministrattivi ghal 25 sena.
Il-Gvern lahaq ftehim mal-Malta Rugby Football Union, billi qed jghaddilhom art f’Ghajn Dwieli, b’valur kummercjali ta’ €650,000, u €500,000 biex jizviluppawha fi stadium tar-rugby. Qieghed jghaddilhom l-uzu ta’ Pitch 1, Pitch 3 u Pitch 4 fil-Marsa ghal tahrig u ghal loghob, flimkien ma facilitajiet ancillari ohra fl-istess sit fosthom showers, changing rooms u kwartieri amministrattivi ghal 25 sena. B’hekk ghall-perjodu ta’ dan il-ftehim il-Gvern se jkun qed jinvesti f’dan l-isport is-somma ta’ €7,456,563 li tinkludi, il-valur tal-art, sussidju fuq il-kirjiet u assistenza sabiex jizviluppaw dawn is-siti.
Dan thabbar dalghodu meta kien iffirmat ftehim bejn il-Gvern permezz tal-Kunsill Malti ghall-iSport u l-Malta Rugby Football Union (l-MRFU). Ghal dan l-iffirmar kienu prezenti l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u s-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport Clyde Puli.
L-Onor Puli qal li dan il-progett se jkompli jizdied mas-60 progett sportiv li diga saru fl-ahhar 60 xahar. Huwa tenna li dan l-investiment li qed isir mill-Gvern ghaliex nikkunsidraw lill-ghaqdiet u l-assocjazzjonijiet sportivi bhala siehba strategici fit-tixtil ta’ kultura sportiva. L-izvilupp ta’ dan l-isport ghandu jghin biex insahhu r-rizultati li qed ingibu f’kompetizzjonijiet internazzjonali kif ukoll biex aktar tfal u zghazagh jersqu lejn dan l-isport.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-investiment fl-isport huwa wkoll marbut mal-edukazzjoni u s-sahha u l-ekonomija tal-pajjiz ghaliex jizviluppa l-karattru tal-bniedem, jikkultiva socjetà fizikament u mentalment b’sahhitha u huwa ta’ beneficcju ghall-ekonomija tal-pajjiz. Puli ikkonkluda li ghaliex il-Gvern jemmen f’dawn il-valuri tal-isport qed jinvesti f’facilitajiet sportivi tal-oghla kwalità.
Permezz ta’ dan il-ftehim l-MRFU se jkunu qed jinghataw l-uzu mhux esklussiv ta’ Pitch 1 u Pitch 3 fil-Marsa li ghandhom 130 metru b’83metru u 130 metru b’75 metru rispettivament ghat-tahrig, filwaqt li qed jinghataw l-uzu mhux esklussiv ta’ pitch 4 li ghandu l-qies ta’ 60 metru b’75 metru ghall-warm-up.
Aktar minn hekk fil-Marsa se jinghataw l-uzu ta’ zewg showers / changing rooms, u l-uzu eskulssiv ta’ kwartieri minn fejn joperaw li se jkunu jikkonsistu f’kamra tal-kumitat, u zona ghall-membri, zewg ufficini, Audio Visual / Lecture Room u zewg changing rooms.
F’Ghajn Dwieli l-Gvern qed jaghti l-uzu esklussiv ta’ art pubblika biex jigi zviluppat stadium tar-rugby flimkien ma’ facilitajiet ancillari, fejn minnbarra l-art il-Gvern se jkun qed jaghti lill-Ghaqda tar-Rugby €500,000 iehor fuq perjodu ta’ sentejn biex jizviluppaw dan is-sit.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en