Left arrow Go Back

IL-GVERN JINVESTI FI GRAWND GDID TAR-RUGBY

pr0195
Date Icon 09/02/2013

-       Il-Gvern se jaghti lir-Rugby pakkett finanzjarju li jammonta ghal madwar €7.5 miljun.

-       Aktar min miljun ewro biex jigi zviluppat stadium gdid tar-Rugby: L-MRFU inghataw art f’Ghajn Dwieli, b’valur kummercjali ta’ €650,000 u €500,000 ohra biex jizviluppawha.

-       L-MRFU inghataw ukoll l-uzu ta’ 3 pitches fil-Marsa ghat-tahrig u l-loghob tar-Rugby flimkien ma facilitajiet ancillari fosthom showers, changing rooms u kwartieri amministrattivi ghal 25 sena.

Il-Gvern lahaq ftehim mal-Malta Rugby Football Union, billi qed jghaddilhom art f’Ghajn Dwieli, b’valur kummercjali ta’ €650,000, u €500,000 biex jizviluppawha fi stadium tar-rugby. Qieghed jghaddilhom l-uzu ta’ Pitch 1, Pitch 3 u Pitch 4 fil-Marsa ghal tahrig u ghal loghob, flimkien ma facilitajiet ancillari ohra fl-istess sit fosthom showers, changing rooms u kwartieri amministrattivi ghal 25 sena. B’hekk ghall-perjodu ta’ dan il-ftehim il-Gvern se jkun qed jinvesti f’dan l-isport is-somma ta’ €7,456,563 li tinkludi, il-valur tal-art, sussidju fuq il-kirjiet u assistenza sabiex jizviluppaw dawn is-siti.

Dan thabbar dalghodu meta kien iffirmat ftehim bejn il-Gvern permezz tal-Kunsill Malti ghall-iSport u l-Malta Rugby Football Union (l-MRFU). Ghal dan l-iffirmar kienu prezenti l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u s-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport Clyde Puli.

L-Onor Puli qal li dan il-progett se jkompli jizdied mas-60 progett sportiv li diga saru fl-ahhar 60 xahar.  Huwa tenna li dan l-investiment li qed isir mill-Gvern ghaliex nikkunsidraw lill-ghaqdiet u l-assocjazzjonijiet sportivi bhala siehba strategici fit-tixtil ta’ kultura sportiva. L-izvilupp ta’ dan l-isport ghandu jghin biex insahhu r-rizultati li qed ingibu f’kompetizzjonijiet internazzjonali kif ukoll biex aktar tfal u zghazagh jersqu lejn dan l-isport.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-investiment fl-isport huwa wkoll marbut mal-edukazzjoni u s-sahha u l-ekonomija tal-pajjiz ghaliex jizviluppa l-karattru tal-bniedem, jikkultiva socjetà fizikament u mentalment b’sahhitha u huwa ta’ beneficcju ghall-ekonomija tal-pajjiz. Puli ikkonkluda li ghaliex il-Gvern jemmen f’dawn il-valuri tal-isport qed jinvesti f’facilitajiet sportivi tal-oghla kwalità.

Permezz ta’ dan il-ftehim l-MRFU se jkunu qed jinghataw l-uzu mhux esklussiv ta’ Pitch 1 u Pitch 3 fil-Marsa li ghandhom 130 metru  b’83metru  u 130 metru b’75 metru rispettivament ghat-tahrig, filwaqt li qed jinghataw l-uzu mhux esklussiv ta’ pitch 4 li ghandu l-qies ta’ 60 metru b’75 metru ghall-warm-up.

Aktar minn hekk fil-Marsa se jinghataw l-uzu ta’ zewg showers / changing rooms, u l-uzu eskulssiv ta’ kwartieri minn fejn joperaw li se jkunu jikkonsistu f’kamra tal-kumitat, u zona ghall-membri, zewg ufficini, Audio Visual / Lecture Room u zewg changing rooms.

F’Ghajn Dwieli l-Gvern qed jaghti l-uzu esklussiv ta’ art pubblika biex jigi zviluppat stadium tar-rugby flimkien ma’ facilitajiet ancillari, fejn minnbarra l-art il-Gvern se jkun qed jaghti lill-Ghaqda tar-Rugby €500,000 iehor fuq perjodu ta’ sentejn biex jizviluppaw dan is-sit.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow