IL-GVERN JIRIKONOXXI T-TALENTI TAL-ARTIGJANA MALTIN U GHAWDXIN
Il-bierah filghaxija giet organizzata cerimonja li fiha gew rikonoxxuti r-rebbieha ta’ Gieh l-Artigjanat ghas-sena 2012, liema attività giet imtellgha mill-Ministeru ghall-Kompetizzjoni Gusta, Negozji Zghar u l-Konsumatur b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kummerc.
Ic-cerimonja kienet preseduta mill-Ministru ghall-Kompetizzjoni Gusta, Negozji Zghar u l-Konsumatur Jason Azzopardi li fid-diskors tieghu fahhar l-inizjattiva u l-interess li qed jigu ggenerati kull sena ghal din l-attività. Huwa qal li f’din it-tielet edizzjoni li qed jigu organizzati dawn l-unuri, d-Dipartiment tal-Kummerc ircieva ftit aktar minn 100 applikazzjoni minn diversi artigjana, entitajiet u negozji. Huwa tenna r-rikonoxximent li l-Gvern ghandu lejn l-artigjana u lejn min jahdem favur dan is-settur li huwa tant b’sahhtu. Qal li l-Gvern jemmen bis-shih fil-potenzjal tal-artigjana u jrid joffrilhom l-ahjar opportunitajiet sabiex ikomplu jikbru u jimirhu f’dan is-settur li tant huwa ghal qalbhom. Il-Ministru qal li fl-ahhar bagit il-Gvern alloka €145,000 sabiex ikompli jsostni s-settur tal-artigjanat lokali. Spjega kif id-Dipartiment tal-Kummerc jorganizza diversi attivitajiet ohra fosthom Konferenzi dwar l-artigjanat, korsijiet, numru ta’ fieri, esibizzjonijiet u diversi promozzjonijiet.
Il-Ministru Azzopardi tkellem ukoll dwar l-importanza tas-sit elettroniku ddedikat ghall-artigjana, li sal–lum gibed interess kbir. Filwaqt li heggeg lill-aktar artigjana sabiex jippromwovu l-prodotti taghhom fuq dan is-sit minghajr ebda hlas, sostna li dan il-mezz elettroniku huwa ghodda importanti u b’sahhtu li jghin lill-artigjana sabiex ikabbru il-prezenza taghhom fis-suq mhux biss fuq livell lokali u permezz ta’ hekk izidu l-kuntatti ma’ klijenti godda li jithajru jixtru l-prodotti taghhom. Huwa heggeg u inkoraggixxa lill-aktar artigjana sabiex ikomplu jippartecipaw fl-inizjattivi li jorganizza minn zmien ghal zmien id-Dipartiment tal-Kummerc ghaliex spjega li l-partecipazzjoni, l-ambizzjoni u d-determinazzjoni taghhom, jaghmlu tassew differenza fis-settur tal-artigjanat Malti li tant ahna l-Maltin kburin bih.
Fit-tliet edizzjonijiet ta’dawn l-unuri, b’kollox ippartecipaw madwa 340 artigjan u entitajiet li b’xi mod hadmu favur is-settur tal-artigjanat u li b’kollox inghataw premjijiet ta’ ftit anqas minn €350,000 jigifieri ‘il fuq minn terz ta’ miljun ewro.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, l-finalisti kollha inghataw is-somma ta’ €2000 ewro kull wiehed. B’kollox kien hemm 3 kategoriji. Fl-ewwel Kategorija bit-tema: "Xoghol ta’ Artigjanat"; kien hemm erba’ sub-kategoriji. Ir-rebbieha kienu Roberto Tweraser ghall–prodott l-aktar innovattiv minghand kompetitur gdid (Salt Pendant Lamps), Anthony Pulè ghall-prodott l-aktar innovattiv bl-uzu ta’ materjali u processi sostenibbli (Miniature Church), Kevin Attard ghall-prodott l-aktar innovattiv ta’ xoghol tradizzjonali tal-artigjanat (Il-vjolin tal-fidda) u Mary Portelli ghall-prodottt l-aktar innovattiv ta’ xoghol mhux tal-artigjanat (Blue Green Wave). Dawn ircevew is-somma ta’ €10,000 ewro kull wiehed.
It-tieni kategorija kienet dik bit-tema "Inizjattiva ta’ xoghol tal-Artigjanat" u din kienet tinkludi 3 sub-kategoriji. L-ewwel kategorija bit-tema: Tghalim u Ricerka, harget rebbieha Candice Fava, filwaqt li r-runner-up kienet Joan Haber. Fit-tieni kategorija: Kuxjenza u Promozzjoni, rebhet Ruth Frendo u fil-kategorija: Bejgh ta’ Prodotti Artigjana Maltin, rebhet Rachel Robinson. Ir-rebbieha kollha inghataw is-somma ta’ €10,000 ewro kull wiehed filwaqt li r-runner-up inghatat is-somma ta’ €5,000 ewro.
It-tielet kategorija bit-tema: "Rikonoxximent ghal Mertu", hargu rebbieha d-Dar tal-Providenza u l-Agenzija Sapport li inghataw s-somma ta’ €5,000 kull wiehed.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en