Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA

pr0188
Date Icon 08/02/2013

Għal darb’oħra l-oppożizzjoni tuża l-marda tal-kanċer għal raġunijiet partiggjani u b’mod żbaljat.

B’referenza għal dak li qal il-kelliem għall-Oppożizzjoni l-Onor Karmenu Vella waqt il-programm Bondi+, il-Ministeru jistqarr li mhux veru li hemm xi waiting list għal min għandu bżonn xi intervent relatat ma kanċer.

Id-deċiżjonijiet ta’ meta ssir l-operazzjoni jittieħdu mill-professjonisti għaliex mhux kull intervent jista jsir malajr kemm ikun mixtieq mill-pazjent.  Dan minħabba li l-professjonisti jkunu jridu jaċċertaw li l-pajzent ikun jiflaħ għall-intervent jew kura li tkun se tingħata.

Hija tassew ħasra li għal-darb oħra l-oppożizzjoni qed tinqeda bil-marda kiefra tal-kanċer biex tipprova tiskredita il-ħidma li ssir minn-professjonisti fil-qasam tas-saħħa.  L-oppożizzjoni m’għandiex tivvinta u tuża l-uġieħ tal-pazjenti u ta qrabathom li jkunu għaddejjin minn zmijiet difficli.  Dan ma għandu qatt jintuża għall-skopijiet politiċi.

L-avvanzi li saru fil-qasam tal-kanċer kellhom propju l-iskop li jgħatu aktar kura u dinjita lill pazjent.  L-ebda elezzjoni ma għandha tnaqqas mid-dover li għandna lkoll li nirrispettaw dawn il-valuri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow