STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA
Għal darb’oħra l-oppożizzjoni tuża l-marda tal-kanċer għal raġunijiet partiggjani u b’mod żbaljat.
B’referenza għal dak li qal il-kelliem għall-Oppożizzjoni l-Onor Karmenu Vella waqt il-programm Bondi+, il-Ministeru jistqarr li mhux veru li hemm xi waiting list għal min għandu bżonn xi intervent relatat ma kanċer.
Id-deċiżjonijiet ta’ meta ssir l-operazzjoni jittieħdu mill-professjonisti għaliex mhux kull intervent jista jsir malajr kemm ikun mixtieq mill-pazjent. Dan minħabba li l-professjonisti jkunu jridu jaċċertaw li l-pajzent ikun jiflaħ għall-intervent jew kura li tkun se tingħata.
Hija tassew ħasra li għal-darb oħra l-oppożizzjoni qed tinqeda bil-marda kiefra tal-kanċer biex tipprova tiskredita il-ħidma li ssir minn-professjonisti fil-qasam tas-saħħa. L-oppożizzjoni m’għandiex tivvinta u tuża l-uġieħ tal-pazjenti u ta qrabathom li jkunu għaddejjin minn zmijiet difficli. Dan ma għandu qatt jintuża għall-skopijiet politiċi.
L-avvanzi li saru fil-qasam tal-kanċer kellhom propju l-iskop li jgħatu aktar kura u dinjita lill pazjent. L-ebda elezzjoni ma għandha tnaqqas mid-dover li għandna lkoll li nirrispettaw dawn il-valuri.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en