Left arrow Mur Lura

OPPORTUNITÀ GĦALL-INKWILINI TA’ APPARTAMENTI TAL-GVERN BIEX JIXTRU R-RESIDENZA TAGĦHOM BI PREZZ ISSUSSIDJAT

pr0186
Date Icon 08/02/2013

L-Awtorità tad-Djar estendiet l-iskema ‘Sir sid ta’ darek’ li kienet diġà fetħet is-sena l-oħra. Din l-iskema toffri l-għażla lill-inkwilini li jgħixu f’appartamenti tal-Gvern bil-kiri biex jixtru l-post fejn joqgħodu bi prezz issussidjat u jkomplu jużawh bħala residenza ordinarja tagħhom.

L-iskema tnediet mill-Onor. Chris Said, Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja flimkien ma’ Dott. Albert Buttigieg, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar.

Il-Ministru Said spjega li l-Gvern qiegħed jerġa’ joffri din l-iskema u jibni fuq is-suċċess tal-ewwel skema. Din id-darba qed jiftaħ l-iskema għal-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex, jiġifieri kull fejn l-art li fuqha huma mibnija l-appartamenti hi propjetà tal-Awtorità tad-Djar jew tad-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern. Dan il-Gvern qiegħed jagħmlu, fisser il-Ministru Said, biex jinkoraġixxi lil iktar residenti jsiru s-sidien ta’ darhom filwaqt li jgħinhom finanzjarjament biex jagħmlu dan l-investiment. Huwa fakkar li f’Malta r-rata ta’ home ownership hi ta’ 76%. Il-Ministru Said spjega li l-iskema se tkun qed toffri livelli differenti ta’ sussidju, sa massimu ta’ 60%, fuq il-prezz kummerċjali f’każ li l-applikanti jkollhom assi li ma jaqbżux il-valur ta’ €100,000 bil-Gvern jippreżenta żewġ modi differenti ta’ kif wieħed jista’ jixtri r-residenza li jinsab fiha.

Min-naħa tiegħu Dott. Buttigieg spjega kif, biex jitnaqqas il-proċess tal-applikazzjoni, l-Awtorità tad-Djar fasslet on line calculator li jinsab fuq il-website www.housingauthority.com.mt. Dan jiffaċilita xogħol u żmien biex l-inkwilini jkunu jistgħu jsiru jafu anke l-prezz issussidjat li jistgħu jixtru bih mill-kumdità ta’ darhom.

Is-sussidju għal din l-iskema jinħadem fuq id-dħul annwali tal-inkwilini kif ukoll fuq kemm-il sena jkunu ilhom jikru l-fond bħala kerrejja legali, sa massimu ta’ tletin sena.

Ix-xiri jista’ jsir b’żewġ modi. L-inkwilin jista’ jħallas 10% tal-prezz issussidjat fid-data tal-konvenju imbagħad iħallas il-bqija fid-data tal-kuntratt finali. Mod ieħor ta’ ħlas huwa li jħallas 40% tal-prezz issussidjat fid-data tal-konvenju u l-bilanċ jitħallas f’pagament mensili mingħajr imgħax fuq medda ta’ 15-il sena.

L-Awtorità tad-Djar tistieden lil min hu interessat f’din l-iskema biex iniżżel l-applikazzjoni minn fuq il-website tal-Awtorità stess. L-uffiċju tal-Customer Care  ser ikun qed jilqa’ l-applikazzjonijiet mit-Tnejn, 11 ta’ Frar 2013, kull nhar ta’ Tnejn, Tlieta, Ħamis u Ġimgħa bejn it-8.00am u l-11.30am. Din l-iskema hija miftuħa għall-perjodu ta’ sena.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow