Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr0184
Date Icon 07/02/2013

Għaddej ix-xogħol fuq ir-riabilitazzjoni tas-Salini.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, flimkien mal-Ministru tat-Turiżmu, Kultura u Ambjent żaru x-xogħlijiet li jinstabu f’fażi avvanzata tar-riabilitazzjoni tas-Salini.

L-iskop tal-proġett tas-Salini hu li jsir konservazzjoni u titjib tal-aspett rurali tas-sit b’mod ħolistiku sabiex il-potenzjal naturali u kulturali ta’ dan is-sit ikun jista jiġi apprezzat. Il-progett jinvolvi:
•        r-restawr tas-salini sabiex dawn jerġgħu jibdew jagħmlu l-melħ,
•        r-restawr tal-Ximenes Redoubt u l-fougasse li jinstab fi stadju avvanzat, 
•        l-bini mill-ġdid ta’ tliet strutturi (huts) li minnhom diġa telgħet waħda,
•        r-riabilitazzjoni tal-bur mielaħ (salt marsh) u t-tindif tax-xagħri.

Dan il-proġett hu parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt L-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013 – L-Ewropa tinvesti f’Żoni Rurali. Ix-xogħlijiet mistennija li jitlestew sa’ l-aħħar ta din is-sena u l-proġett ser jiswa madwar 7 miljun ewro.

Il-Ministru Pullicino qal li l-għan tal-proġett hu li ġaladarba x-xogħlijiet jitlestew, is-Salini titqies bħala destinazzjoni turistika li tinforma it-turist kemm lokali u kemm barrani fuq il-potenzjal li joffri dan is-sit mill-aspett naturali, kulturali u arkeologiku.

Il-Ximenes Redoubt se jintuża bħala Ċentru għall-viżitaturi li jagħti informazzjoni fuq is-sit kollu – storja, arkeologija, ekologija: flora u fawna, ornitologija u l-użu tradizzjonali tas-salini. Ser issir mina taħt l-art sabiex il-viżitaturi jkunu jistghu jmorru jaraw is-salini mingħajr periklu billi l-mina tgħaqqad iċ-Ċentru tal-Viżitaturi fil-Ximenes Redoubt mall-bqija tal-proġett.

Is-Salini ser jerġgħu jitħaddmu sabiex issir il-produzzjoni tal-melħ u b’hekk tnejn mill-istrutturi li ser ikunu mibnija ser jintużaw biex jaħżnu il-melħ u biex jaħdmuh, jiġifieri kif kienu jintużaw fl-imghoddi. It-tielet struttura li ser tinbena ser tintuża bħala musew dedikat għall-ħsad tal-melh.

Il-Ministru Mario de Marco qal li l-proġett għar-rijabilitazzjoni tas-Salini jsaħħaħ il-prodott turistiku fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta fejn hemm diversi lukandi u ristoranti kif ukoll attrazzjonijiet turistiċi. Hu qal li dan il-proġett jingħaqad ma’ proġetti oħra li saru fiż-żona fl-aħħar snin fosthom il-Promenade ta’ San Pawl il-Baħar, il-Water Park f’Bugibba u l-proġett tal-Aquarium fil-Qawra li jsaħħu t-turiżmu fiz-żona matul is-sena kollha. Mario de Marco qal li s-sit tas-Salini hu parti mill-programm Natura 2000 u b’hekk il-proġett se jsaħħaħ l-biodiversità u l-ambjent naturali ta’ pajjiżna filwaqt li se jesponi għall-pubbliku l-istorja ta’ dan is-sit permezz taċ-Ċentru ta’ Viżitaturi li se ssir bħala parti minn dan il-proġett.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow